Aħbarijiet

Laqgħa tar-Retturi tal-Iskejjel Agostinjani tal-Ewropa

Bejn l-10 u t-12 ta’ Marzu, P. David Cortis, Rettur tal-Kulleġġ Santu Wistin ħa sehem f’laqgħa li ttellgħet Madrid għar-retturi ta’ diversi skejjel Agostinjani tal-Ewropa. Wara s-sessjoni tal-ftuħ, P. David għamel preżentazzjoni interessanti dwar il-ħidma tal-Kulleġġ tagħna hawn f’Malta. Barra l-ħafna ħidma li ssir fil-kulleġġi rispettivi, hija ħaġa sabiħa li qed jinbtu ukoll diversi inizjattivi ta’ kollaborazzjoni ma’ kulleġġi oħrajn Agostinjani fuq livell internazzjonali, kemm bħala impenn fil-bini tal-identità Agostinjana […]

Laqgħa tar-Retturi tal-Iskejjel Agostinjani tal-Ewropa Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni Penitenzjali għal-lajċi

Il-Kummissjoni Provinċjali tal-Lajċi Agostinjani, ser torganizza Ċelebrazzjoni Penitenzjali għal-lajċi midħla tal-Agostinjani, nhar it-Tnejn, 13 ta’ Marzu, 2023, fis-6.00pm.  Din iċ-ċelebrazzjoni ser issir fil-Knisja San Mark, Rabat.  Ser ikun hemm diversi saċerdoti għall-Qrar. Min hu interessat huwa mitlub ikellem lill-Pirjol jew lil min hu responsabbli. Ser jiġi provdut trasport.

Ċelebrazzjoni Penitenzjali għal-lajċi Kompli aqra »

Proġett Code for Earth mill-Kulleġġ Santu Wistin

Matul ix-xhur li għaddew l-istudenti tas-sitt sena tagħna kienu okkupati josservaw u jiddiskutu l-problemi kontinwi li qed taffaċċja d-Dinja u jsibu soluzzjonijiet dwar kif jistgħu jgħinu u jnaqqsu dawn il-problemi. Permezz ta’ dan il-proġett ġew esplorati u pprattikati numru sabiħ ta’ aspetti u ħiliet. L-ewwel nett, l-istudenti  ġew imħeġġa josservaw dak li qed jiġri madwarna permezz ta’ diversi diskussjonijiet, filmati, artikli fil-gazzetti, taħriġ il-fehem u informazzjoni li sabu fuq l-internet.

Proġett Code for Earth mill-Kulleġġ Santu Wistin Kompli aqra »

P. Josef Sciberras O.S.A. jiddefendi t-teżi tad-dottorat

Il-Ġimgħa, 27 ta’ Jannar, P. Josef Sciberras O.S.A. iddefenda t-teżi tad-dottorat fil-Fakulta’ tal-Istorja u l-Beni Kulturali tal-Knisja, fl-Universita Pontifiċja Gregorjana f’Ruma. Wara l-istudju tal-Liċenzja fl-istess Fakulta, P. Josef kompla jkabbar l-interess tiegħu fil-qasam tal-istorja tal-knisja. Sadanittant snin ilu nibtet l-idea li jkompli l-istudju għad-dottorat billi jistudja l-figura ta’ Mons. Paolo Micallef li kien l-uniku Pirjol Ġenerali Malti fl-Istorja tal-Ordni tagħna u li qatt ma kienet saret riċerka akkurata dwaru. Wara

P. Josef Sciberras O.S.A. jiddefendi t-teżi tad-dottorat Kompli aqra »

Tberik tradizzjonali tal-Annimali fir-Rabat

Il-Ħadd 15 ta’ Jannar, fil-Knisja Konventwali ta’ San Mark fir-Rabat ġiet iċċelebrata l-Festa tradizzjonali ta’ Sant’Anton Abbati bir-rit tat-tberik tal-annimali. Numru sabiħ ta’ nies bl-annimali tagħhom ħadu sehem fil-quddiesa, l-purċissjoni, u aktar tard iċ-ċerimonja ħelwa tat-tberik tal-annimali fil-pjazza ta’ quddiem il-knisja. Il-festa bdiet bil-quddiesa fil-Knisja preseduta mil-Provinċjal P. Leslie Gatt O.S.A. u wara ħarġet il-purċissjoni qasira bil-istatwa tal-qaddis. Lura quddiem il-Knisja saret it-talba ta’ barka u l-ewwel ma tbierku kienu

Tberik tradizzjonali tal-Annimali fir-Rabat Kompli aqra »

Laqgħa għal-lajċi Agostinjani

Il-Ħadd 15 ta’ Jannar, diversi lajċi midħla tar-realtajiet Agostinjani ltaqgħu fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni f’Birkirkara għal attività li din id-darba kienet pjuttost rikreattiva. Din kienet filfatt l-ewwel attivita għal din is-sena organizzata mill-Kummissjoni Lajċi Agostinjani fi ħdan il-Provinċja. Il-Laqgħa bdiet bil-wiri tal-film  The Greatest Showman li huwa musical ispirat mill-istorja veru ta’ B.T. Barnum. Il-film li ħareġ fl-2017 għandu messaġġ qawwi ta’ inklużjoni u jipprovdi riflessjoni fuq dak li għandu

Laqgħa għal-lajċi Agostinjani Kompli aqra »

Pubblikazzjoni ġdida: Searching and Confessing, Augustine’s Quest for Wisdom and Truth

Il-Ġimgħa 13 ta’ Jannar 2023 ġie mniedi l-ktieb ġdid Searching and Confessing, Augustine’s Quest for Wisdom and Truth, miktub mir-Rev. Dr. Salvino Caruana O.S.A. u ppubblikat mill-Provinċja Agostinjana Maltija. Il-ktieb, miktub bil-lingwa ingliża ilaqqa’ l-qarrej mal-figura ta’ Santu Wistin u jistiednu jterraq mal-qaddis fit-tfittxija tiegħu lejn l-għerf u l-verità. Dan jagħmlu f’ħames kapitli prinċipali li fihom jirreferi għal fażijiet differenti mill-ħajja u t-taqtigħa kontinwa ta’ Wistin. Il-Ktieb kien ippreżentat f’serata

Pubblikazzjoni ġdida: Searching and Confessing, Augustine’s Quest for Wisdom and Truth Kompli aqra »

P. Frans Calleja OSA jiċċelebra 50 sena ta’ Ministeru Saċerdotali

Nhar il-Ħadd 8 ta’ Jannar 2023, solennità tal-Epifanija tal-Mulej, P. Frans Calleja iċċelebra quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fil-Knisja Arċipretali ta’ San Nikola s-Siġġiewi, li permezz tagħha rringrazzja lil Alla għal 50 sena ta’ ministeru saċerdotali. Għall-quddiesa, ingħaqdu miegħu diversi aħwa Agostinjani, saċerdoti u membri tal-familja tiegħu. P. Frans filfatt twieled is-Siġġiewi fit-30 ta’ Diċembru 1948. Sa minn ċkunitu kien jattendi l-Kulleġġ Santu Wistin, dak iż-żmien f’Ħal-Tarxien. Fil-1964 beda n-novizzjat fil-Familja

P. Frans Calleja OSA jiċċelebra 50 sena ta’ Ministeru Saċerdotali Kompli aqra »

P. Mark Cauchi OSA jiċċelebra 70 sena ta’ Ministeru Saċerdotali

Nhar is-Sibt 7 ta’ Jannar 2023, Patri Mark Cauchi ċċelebra quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fil-Knisja ta’ Santu Wistin tal-Belt Valletta, flimkien mal-komunita’ Agostinjana, li permezz tagħha rringrazzja lil Alla għal 70 sena ta’ ministeru saċerdotali. Patri Mark li llum għandu 94 sena ilu għal dawn l-aħħar 20 sena membru tal-Komunita Agostinjana tal-Belt. Patri Mark twieled Bormla fil-5 ta’ Lulju 1928 u ngħaqad mal-familja Agostinjana fl-20 ta’ Jannar 1946 meta beda

P. Mark Cauchi OSA jiċċelebra 70 sena ta’ Ministeru Saċerdotali Kompli aqra »

Tislima lill-Papa Bendittu XVI – Ragħaj, ħassieb, studjuż u ammiratur ta’ Santu Wistin

Il-Provinċja Agostinjana Maltija tingħaqad mal-Knisja fis-sogħba tagħha għall-mewt tal-Papa Emeritu Benedittu XVI: ragħaj fidil; ħassieb; studjuż u ammiratur kbir ta’ Santu Wistin Missierna. Joseph Aloisius Ratzinger twieled nhar is-16 ta’ April 1927, fil-belt Ġermaniża ta’ Bavaria. Huwa serva lill-Knisja f’diversi rwoli bħala saċerdot, għalliem, isqof, kardinal u aktar tard Papa.  Ftit qabel il-ħatra tiegħu bħala Papa, il-Kardinal Joseph Ratzinger kien ħa sehem fil-pellegrinagg bil-fdalijiet ta’ Santu Wistin f’Ruma. Il-Ħadd 14

Tislima lill-Papa Bendittu XVI – Ragħaj, ħassieb, studjuż u ammiratur ta’ Santu Wistin Kompli aqra »

Scroll to Top