Aħbarijiet

Ħuna P. Xavier Mifsud OSA mar jiltaqa’ mal-Mulej li tant ħabb

B’sogħba kbira nħabbru l-mewt ta’ ħuna P. Xavier Mifsud OSA li llum l-Erbgħa 28 t’April 2021 mar jiltaqa’ mal-Mulej li tant ħabb u qeda matul ħajtu. P. Xavier dawn l-aħħar ġimgħat kien rikoverat f’Villa Messina wara diversi snin fil-komunità tagħna tar-Rabat. P. Xavier twieled ir-Rabat fl-1933 u inagħqad mal-familja Agostinjana fl-1952. Wara li temm l-istudji tiegħu huwa kien ordnat Saċerdot fit-2 ta’ April 1960. L-ewwel snin tal-ministeru tiegħu għexhom fil-komunita […]

Ħuna P. Xavier Mifsud OSA mar jiltaqa’ mal-Mulej li tant ħabb Kompli aqra »

Il-Familja Agostinjana tiċċelebra…

Il-Familja Agostinjana tiċċelebra… Il-Konverżjoni ta’ Santu Wistin, San Mark Evanġelista u Sidtna Marija Omm tal-Parir it-Tajjeb Matul is-sena, il-kalendarju liturġiku tal-Knisja joffrielna ġranet partikolari li fihom niċċelebraw il-misteri l-kbar tal-fidwa tagħna, flimkien ma veritajiet ta’ fidi jew ċirkustanzi li għandhom relevanza fl-istorja tas-salvazzjoni u t-tradizzjoni tal-Knisja. Magħhom niċċelebraw anke figuri li jservu ta’ mudelli għalina. Ewlenija fost dawn hija Ommna Marija li niċċelebrawha taħt diversi titli u anke tant qaddisin

Il-Familja Agostinjana tiċċelebra… Kompli aqra »

Għin bil-Passi Tiegħek – maratona virtwali

“Għin bil-Passi Tiegħek” hi Maratona virtwali ta’ ġbir ta’ fondi organizzata mis-Segretarjat Missjonijiet Agostinjani b’risq il-ħidma missjunarja Agostinjana mwettqa partikularment fil-Możambik u l-Kenja. L-għan ta’ din l-attività hu li jinġabru fondi biex jinbnew tankijiet tal-ilma ta’ 5000 litru f’postijiet remoti, ’il bogħod minn sorsi ta’ ilma frisk. Residenti f’dawn iż-żoni jkollhom imorru aktar minn 5km bogħod kuljum biex ikollhom ilma frisk u nadif mill-bjar. Bl-għajnuna tiegħek, irridu noħolqu ambjent fejn

Għin bil-Passi Tiegħek – maratona virtwali Kompli aqra »

Inkunu bennejja ta’ Komunita’ Evanġelika…mument ta’ formazzjoni

Nhar l-Erbgħa, 14 ta’ April 2021,  il-Patrijiet Agostinjani iltaqgħu għal-laqgħa oħra ta’ Formazzjoni Permanenti online. Din kienet it-tieni laqgħa f’serje ta’ laqgħat li qed jagħmel Fr Philip Cutajar OFM Cap bit-tema: Inkunu bennejja ta’ Komunita’ Evanġelika. Fr Philip beda billi qasam mal-Patrijiet l-esperjenza tiegħu meta kien milqut bil-Covid-19. Kompla billi qal li din l-esperjenza għenitu japprezza iktar il-ħajja u l-komunità bil-mod kif imxew miegħu ħutu l-patrijiet u nies oħrajn waqt

Inkunu bennejja ta’ Komunita’ Evanġelika…mument ta’ formazzjoni Kompli aqra »

Il-Ġimgħa mqaddsa online flimkien maż-żgħażagħ Agostinjani

Matul il-Ġimgħa Mqaddsa 2021, il-grupp Augustinian Youths flimkien mal-grupp Tagaste Youths organizzaw numru ta’ sessjonijiet flimkien bi preparazzjoni għal-Għid il-Kbir ta’ dis-sena. Minkejja r-restrizzjonijiet u d-diversi miżuri li kien hemm fis-seħħ fid-dawl tal-COVID-19, dan kollu ma żammx lil dawn il-gruppi milli jiltaqgħu b’mod virtwali u milli jidħlu fl-ispirtu ta’ dan iż-żmien tant sabiħ f’din is-sena partikolari.  Is-sessjonijiet kienu mqassma matul il-ġimgħa kollha f’diversi talb, meditazzjonijiet fuq it-tlitt ijiem tat-Tridu, kif ukoll

Il-Ġimgħa mqaddsa online flimkien maż-żgħażagħ Agostinjani Kompli aqra »

Iċ-ċirkustanzi jistgħu jillimitawna fiċ-ċelebrazzjonijiet u fil-manifestazzjonijiet esterni, iżda mhux fil-ferħ ġenwin ta’ Kristu li għalina ngħata sal-aħħar u għalina qam mill-mewt!

Għat-tieni sena konsekuttiva ser inkunu qed niċċelebraw il-misteru tal-passjoni, l-mewt u l-qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu fil-limitazzjonijiet li ġabet fuqna l-Pandemija tal-Covid-19. Xtaqna kieku ħadet anqas fit-tul, jew kieku stajna nsibu soluzzjoni f’inqas żmien, iżda kuljum bqajna nindunaw li l-bniedem għandu l-limitazzjonijiet tiegħu. Ħafna nies impenjaw irwieħhom biex isibu soluzzjoni u jsostnu lil xulxin, iżda donnu ma kienx biżżejjed. Minkejja li nixtiequ li dan kollu jgħaddi, ilkoll kemm aħna xi

Iċ-ċirkustanzi jistgħu jillimitawna fiċ-ċelebrazzjonijiet u fil-manifestazzjonijiet esterni, iżda mhux fil-ferħ ġenwin ta’ Kristu li għalina ngħata sal-aħħar u għalina qam mill-mewt! Kompli aqra »

Ma’ Ġesù Kristu fid-deżert…mument ta’ riflessjoni online

Nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Marzu l-Patrijiet Agostinjani nġabru flimkien b’mod virtwali għall-konferenza online għal żmien ir-Randan minn Rev Dr Paul Sciberras, Kap tad-dipartiment tal-Iskrittura Mqaddsa tal-Fakulta tat-Teoloġija fl-Universita’ ta’ Malta. Il-laqgħa bdiet b’riflessjoni u talb minn Fr. Mario Abela OSA, membru tal-Equipe tal-Formazzjoni Permanenti tal-Provinċja. Fr Mario tkellem dwar kemm huwa mportanti li nieqfu ftit mir-rutina tal-ħajja, biex nidħlu daħla fina nfusna bħal ma wara kollox jistedinna nagħmlu l-Mulej f’dan

Ma’ Ġesù Kristu fid-deżert…mument ta’ riflessjoni online Kompli aqra »

San Ġużepp, Protettur tal-Ordni ta’ Santu Wistin

Hekk kif niċċelebraw is-Solennità ta’ San Ġużepp, il-Knisja madwar id-dinja din is-sena b’mod partikolari qed tiċċelebra l-150 Anniversarju mid-dikjarazzjoni tiegħu bħala patrun tal-Knisja Universali. L-Ordni Agostinjan għal ħafna snin qies lil San Ġużepp bħala protettur tal-Ordni. Fl-aħħar Kapitlu Ġenerali Ordinarju li sar f’Settembru 2019, il-Membri Kapitulari vvutaw għal emenda fil-Kostituzzjonijiet tal-Ordni li żiedet referenza partikolari għall-venerazzjoni tal-figura ta’ San Ġużepp. It-test li ġej kien fil-fatt propost bħala żieda man-numru 106

San Ġużepp, Protettur tal-Ordni ta’ Santu Wistin Kompli aqra »

L-ewwel fażi fir-restawr tal-orgni Mascioni tal-1959 fil-Knisja ta’ San Mark ir-Rabat

L-ewwel aġġornament – Restawr tat-tliet imniefaħ: Tlestiet l-ewwel fażi tar-restrawr tal-orgni Mascioni (1959) fil-Knisja ta’ San Mark. It-tliet imniefaħ li jinfetħu doppju ġew restawrati kompletament, b’ġilda ġdida, tpoġġew f’posthom u tħaddmu. Qabel sar ir-restawr, l-imniefaħ kien għadhom bil-ġilda oriġinali tal-1959. Ma kinetx f’qagħda ħażina għall-aħħar u kienet isservi ftit snin oħra bi ftit traqqigħ. Imma, min-natura tar-restawr li jrid iwassal għal żmien twil ta’ servizz tajjeb, li traqqa’ biss mhux

L-ewwel fażi fir-restawr tal-orgni Mascioni tal-1959 fil-Knisja ta’ San Mark ir-Rabat Kompli aqra »

Waħda u Sħiħa hija l-Imħabba – Ktieb ġdid ta’ P. Salvino Caruana OSA u P. Francis Calleja OSA

Dan l-aħħar xogħol tal-Professur P. Salvinu Caruana OSA, Direttur tal-Istitut Agostinjan, flimkien ma’ P. Frans Calleja OSA, huwa kitba ta’ Wistin ta’ Ippona In Epistolam Joannis ad Parthos Tractatus X, maqlub mit-test bil-Latin għall-Malti. Huwa kontribut ieħor tal-Provinċja Agostinjana f’Malta mhux biss għall-kitba reliġjuża Agostinjana bl-Ilsienna, iżda wkoll għat-tixrid tal-kitbiet u tat-tagħlim bnin ta’ S. Wistin għalina bħala Nsara.   Dawn l-għaxar Omeliji huma fost l-iprem ta’ Missierna S. Wistin

Waħda u Sħiħa hija l-Imħabba – Ktieb ġdid ta’ P. Salvino Caruana OSA u P. Francis Calleja OSA Kompli aqra »

Scroll to Top