Il-Komunità Agostinjana tar-Rabat turi l-apprezzament għas-solidarjetà u l-viċinanza ta’ tant persuni
Il-virus li f’dawn l-aħħar xhur ħoloq tant tensjoni u restrizzjonijiet fl-imġieba tagħna, dawn il-jiem laqat anke membru tal-Komunità tagħna l-patrijiet Agostinjni tar-Rabat. Konsegwenza ta’ hekk il-Knisja Konventwali ta’ San Mark tinsab magħluqa u l-patrijiet tal-komunita jinsabu fi kwarantina. Għalkemm żgur li mhix esperjenza sabiħa, dawn il-jiem kienu anke mument fejn wieħed japprezza l-viċinanza ta’ tant persuni qrib tal-Komunita. Hekk kitbilna l-Pirjol tal-istess Komunita, P. Rafel Abdilla: “Nhar il-Ġimgħa filgħaxija, hekk […]