Aħbarijiet

Tifkira tal-Aħwa Agostinjani li telqu qabilna

Fis-6 ta’ Novembru, il-Familja Agostinjana tiċċelebra t-tifkira tar-reliġjużi Agostinjani li għexu qabilna u li llum jistrieħu mal-Mulej. Nhar it-Tlieta 9 ta’ Novembru fl-10am, il-provinċjal flimkien ma’ diversi aħwa iċċelebra quddiesa fil-Kappella taċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata li fiha fakkar l-aħwa mejtin. Fir-riflessjoni tiegħu huwa tkellem fuq: it-tifkiriet sbieħ li dawn l-aħwa kollha ħallewlna; is-sens ta’ gratitudni li għandu jitqanqal fina quddiem dak li għexu dawk li ġew qabilna; u fuq […]

Tifkira tal-Aħwa Agostinjani li telqu qabilna Kompli aqra »

Il-Familja Agostinjana mħeġġa tipparteċipa fil-Vjaġġ Sinodali mal-Knisja

F’ittra mibgħuta aktar kmieni dan ix-xahar, il-Prijor Ġenerali tal-Ordni ta’ Santu Wistin, Fr. Alejandro Moral Anton, OSA, ħeġġeġ lill-membri kollha tal-Ordni biex jipparteċipaw fil-Vjaġġ Sinodali tal-Knisja li nfetaħ formalment mill-Papa Franġisku fid-9 u l-10 ta’ Ottubru 2022. Biex janima l-parteċipazzjoni tal-Ordni f’dan is-Sinodu, il-Pirjol Ġenerali ħoloq kummissjoni internazzjonali magħmula minn patrijiet, sorijiet u lajċi: Fr. Enrique Martin Sanz, (Koordinatur, Spanja), Fr. Nolasco Msemwa, (Tanżanija, Viċi-Koordinatur), Fr. Juan Francisco Costanzo (Ċilì),

Il-Familja Agostinjana mħeġġa tipparteċipa fil-Vjaġġ Sinodali mal-Knisja Kompli aqra »

Jiġi ppreżentat ir-riżultat tal-kwestjonarju għal-lajċi

Nhar l-Erbgħa, 20 ta’ Ottubru 2021 saret laqgħa għall-Patrijiet Agostinjani bi thejjija għall-Kapitlu Provinċjali 2022 fis-Sala Tolentino fil-Kulleġġ Santu Wistin, Pietà. Il-laqgħa bdiet bit-talb tal-Għasar fit-Tifkira ta’ Santa Madalena ta’ Nagasaki, Verġni u Martri Agostinjana. Għal din il-laqgħa kien mistieden is-Sur Andre Paul Debattista, Assistant Lecturer fl-Istitut għall-Istudji Ewropej. Huwa għamel analiżi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju li sar fost il-lajċi midħla tagħna l-Agostinjani. Qabel Is-Sur Debattista tkellem il-Provinċjal, P. Leslie Gatt OSA, 

Jiġi ppreżentat ir-riżultat tal-kwestjonarju għal-lajċi Kompli aqra »

Grupp ta’ aħwa Agostinjani jinġabru għal jiem ta’ rtir

Bejn il-11 u l-15 ta’ Ottubru grupp ta’ aħwa Agostinjani inġabru flimkien fid-dar tal-Irtir Stella Maris fiż-Żebbuġ Għawdex biex jgħixu ftit jiem ta’ talb u riflessjoni. Matul dawn il-jiem l-aħwa kellhom l-opportunità li jieqfu ftit mir-rutina tal-ħajja u jirriflettu fuq is-sejħa propja tagħhom akkumpanjati minn Mons. Frans Abdilla li anima dawn il-ġranet tal-irtir. Minbarra r-riflessjonijiet interesssanti u attwali li qasam Dun Frans, l-aħwa ħadu l-opportunità li jaqsmu flimkien l-esperjenzi tal-ħajja

Grupp ta’ aħwa Agostinjani jinġabru għal jiem ta’ rtir Kompli aqra »

Il-Knisja tibda Mixja Sinodali

Fid-9 u l-10 ta’ Ottubru 2021, il-Papa Franġisku fetaħ uffiċjalment Mixja Sinodali li se jilħaq il-qofol tagħha fis-Sinodu tal-Isqfijiet li ser isir fil-belt tal-Vatikan f’Ottubru 2023. Il-Papa Franġisku kien sejjaħ dan is-Sinodu tal-Isqfijiet f’Mejju 2021 meta ħabbar ukoll li t-tema kellha tkun il-‘proċess sinodali’ innifsu jew aħjar, “Għal Knisja Sinodali: għaqda, parteċipazzjoni u missjoni.” Tim ġdid ippropona proċess Sinodali mġedded li jibda fil-Knisja lokali. Il-Papa Franġisku afda dan il-proġett fit-tmexxija

Il-Knisja tibda Mixja Sinodali Kompli aqra »

Ftuħ tas-sena akkademika fl-Istitut Agostinjan

Min nhar il-Ġimgħa, 1 ta’ Ottubru ser nagħtu bidu għas-sena akkademika tal-Istitut Agostinjan. Minn din is-sena, barra li wieħed jista’ jattendi għal dawn il-laqgħat fis-sala tal-Kulleġġ Santu Wistin fil-Pietà, wieħed jista’ jsegwihom ukoll fuq il-paġna facebook tal-Provinċja Agostinjana: https://www.facebook.com/Agostinjani   Għal aktar informazzjoni tista’ tidħol f’kuntatt magħna: [email protected] 79294177   Programm għall-Ottubru: Il-Ġimgħa, 1 ta’ Ottubru, fis-6pm Quddiesa   Il-Erbgħa, 6 ta’ Ottubru, fis-7pm 23rd Annual Saint Augustine Lecture: Human

Ftuħ tas-sena akkademika fl-Istitut Agostinjan Kompli aqra »

Il-Pirjol Ġenerali jżur il-Kunvent ta’ Santu Wistin f’Għawdex u l-Monasteru ta’ Santa Katarina fil-Belt Valletta

Nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ Settembru l-Pirjol Ġenerali tal-Ordni tal-Ordni ta’ Santu Wistin, P. Alejandro Moral Anton għamel żjara qasira fil-Kunvent ta’ Santu Wistin ta’ Għawdex u fil-Monasteru tas-Sorijiet Agostinjani ta’ ħajja kontemplattiva fil-Belt Valletta. Matul il-jiem li għaddew, il-Pirjol Ġenerali kien f’Għawdex fuq stedina tad-Djoċesi ta’ Għawdex biex janima irtir għas-saċerdoti li sar f’Dar Manresa. Il-Ġimgħa imbagħad, fi tmiem l-irtir, P. Alejandro għamel żjara qasira fil-kunvent ta’ Santu Wistin fir-Rabat

Il-Pirjol Ġenerali jżur il-Kunvent ta’ Santu Wistin f’Għawdex u l-Monasteru ta’ Santa Katarina fil-Belt Valletta Kompli aqra »

Kwestjonarju qasir – 204 snin tal-Provinċja Agostinjana Maltija

Fl-14 ta’ Settembru, il-Provinċja Agostinjana Maltija tiċċelebra l-anniversarju mit-twaqqf tagħha li kien sar fl-1817. Il-preżenza tal-Patrijiet Agostinjani f’Malta tmur lura ħafna aktar minn hekk u għal aktar minn 600 sena nistgħu ngħidu li kienu preżenza attiva fil-gżejjer tagħna. Bħala preparazzjoni għall-Kapitlu Provinċjali Ordinarju 2022, li ser jiġi kkonvokat fil-bidu ta’ Ottubru, qed isir kwesjonarju qasir dwar il-preżenza u l-ħidma tal-aħwa Agostinjani f’Malta. Dan huwa sehem li nixtiequ li intom ilkoll

Kwestjonarju qasir – 204 snin tal-Provinċja Agostinjana Maltija Kompli aqra »

Għandna b’missierna bniedem li kkonverta! – messaġġ mill-Provinċjal

Għandna b’missierna bniedem li kkonverta! Għal sena oħra qegħdin niċċelebraw il-figura ta’ Santu Wistin u allura l-ħafna kwalitajiet li bihom immarka l-istorja tal-Kristjaneżmu. Figuri oħra kbar ħarsu lejn il-ħsieb tiegħu imwassal lilna f’dak li kiteb u għallem, u sabu fih minjiera ta’ tagħlim, kif għadna nagħmlu sa llum. Tant irġiel u nisa tul is-snin għażlu li jwieġbu għas-sejħa ta’ Alla permezz tal-ħajja kkonsagrata imqanqlin mill-mixja tiegħu wara Kristu. Dan kollu

Għandna b’missierna bniedem li kkonverta! – messaġġ mill-Provinċjal Kompli aqra »

L-Aħwa Agostinjani jiċċelebraw flimkien il-Festa ta’ Santu Wistin

Nhar il-Ġimgħa 27 t’Awwissu l-aħwa Agostinjani iltaqgħu filgħodu għal mument ta’ talb fil-Knisja Santu Wistin, fil-Belt Valletta u wara komplew jiċċelebraw il-festa ta’ Santu Wistin b’ikla fraterna fir-refettorju tal-istess kunvent. Kien mument informali u sabiħ li fih l-aħwa setgħu jiltaqgħu flimkien għall-festi ta’ Santa Monika u Santu Wistin! Il-Festa t-tajba lil kulħadd!

L-Aħwa Agostinjani jiċċelebraw flimkien il-Festa ta’ Santu Wistin Kompli aqra »

Scroll to Top