Aħbarijiet

50 sena mill-bini tal-Knisja tal-Madonna tal-Bon Kunsill f’Paceville

Nhar il-Ħadd 20 t’Awwissu, l-Eċċellenza Tiegħu L-Arċisqof Charles Scicluna żar għal-ewwel darba u qaddes quddiesa fil-knisja tal-Madonna tal-Bon Kunsill f’Paceville, fl-okkażjoni tal-50 sena meta l-bini tal-Knisja tlesta. F’dik l-istess ġurnata, jiġifieri fit-18 ta’ Awwissu 1973, l-Knisja l-ġdida ġiet imbierka mill-Assistent Ġenerali Agostinjan, li dak iż-żmien kien P. Egidio Galea OSA.Wara l-quddiesa sar riċeviment żgħir fil-kunvent, fejn l-Arċisqof iltaqa’ mar-residenti li jiffrekwentaw din il-knisja. Ritratti: Archdiocese of Malta

50 sena mill-bini tal-Knisja tal-Madonna tal-Bon Kunsill f’Paceville Kompli aqra »

Il-vjaġġ tagħna li ħalla l-frott fil-Kenja

L-esperjenza tagħna bdiet 9 xhur qabel ma tlajna lejn il-pajjiż sabiħ tal-Kenja. F’Malta, ippjanajna diversi attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi biex niġbru flus għall-missjonijiet Agostinjani ta’ Amigos fl-Afrika. Kellna għadd ta’ laqgħat u live-in matul dan iż-żmien bi tħejjija għall-missjoni tagħna flimkien. Malajr wasal iż-żmien li ntiru xi 2,900 mil lejn il-Kenja. Ladarba wasalna, kien impossibbli li ma tħobbx il-Kenja. In-natura kienet mill-isbaħ. Barra minn hekk, il-Kenjani kienu edukati ħafna,

Il-vjaġġ tagħna li ħalla l-frott fil-Kenja Kompli aqra »

Jekk ikollok terġa’ tmur, tmur?

Jekk ikollok terġa’ tmur, tmur? Din kienet mistoqsija li minn mindu wasalt saqsewhieli diversi persuni bosta drabi. Ir-risposta tiegħi tkun pronta;“IVA!”. Kont ilni nisma b’din il-mixja jew aħjar pellegrinagg għal ftit tas-snin mhux ħazin. Kont naf ħafna li għamluha minn diversi għaqdiet u dejjem kont imħajjar. Biss bejn li hija xi ħaġa relattivament stramba; għax ngħiduha kif inhi li timxi dak it-tul kollu (madwar 120Km f’6 ijiem) bl-affarijiet li jkollok

Jekk ikollok terġa’ tmur, tmur? Kompli aqra »

Attività Sajfija tal-Fraternità Agostinjana Sekulari

Nhar it-Tnejn, 17 ta’ Lulju 2023, l-aħwa tal-Fraternità Agostinjana Sekulari Santu Wistin u Santa Monika ltaqgħu f’Dar Santa Monika, f’San Pawl il-Baħar. Huma għamlu mument ta’ talb u ta’ qsim ta’ esperjenzi spiritwali dwar iċ-ċentralità ta’ Kristu fl-Ispiritwalità Agostinjana u fil-ħajja tagħhom personali. Wara kellhom mument soċjali li kien jikkonsisti f’ BBQ li għamlu fil-bitħa tad-dar. Il-Fraternità Agostinjana Sekulari ta’ Santu Wistin u Santa Monika (F.A.S.) hija magħmula minn lajċi

Attività Sajfija tal-Fraternità Agostinjana Sekulari Kompli aqra »

Il-Kċina tal-Imħabba fil-Millennium Chapel

Il-Kċina tal-Imħabba ġiet inawgurata nhar il-Ħamis 20 ta’ Lulju b’ikla pprovduta b’mod ġeneruż minn The Avenue Restaurant u organizzata minn Tony Mejlaq u l-Prof Victor Grech. Għal din l-attività attendew 40 benefattur speċjali tal-Kappella tal-Millennju li taw kontribut ġeneruż għall-finanzjament tal-Kċina tal-Imħabba. Mistieden speċjali tas-serata kien il-Prof Richard England li kien iddiżinja l-Millennium Chapel. Il-Prof England ta waħda mill-pitturi u l-ktieb speċjali tiegħu tal-knisja tal-Manikata għall-irkant matul is-serata. Inġabret ukoll

Il-Kċina tal-Imħabba fil-Millennium Chapel Kompli aqra »

Ir-Ritrattazzjonijiet, Ktieb ġdid ta’ Santu Wistin bil-Malti

Il-Provinċja Agostinjana Maltija għada kif ippubblikat ‘Ir-Ritrattazzjonijiet’, li hija kitba ta’ Santu Wistin dwar kitbietu maqluba għall-Malti u ppreżentati mil-Professur P. Salvino Caruana OSA. Il-ktieb ikompli mas-sensiela ta’ xogħolijiet ta’ Santu Wistin li tana P. Salvino tul is-snin, u huma ta’ siwi kbir għall-istudju dwar il-ħajja, il-kitba, u l-wirt li ħallielna l-isqof kbir duttur tal-Knisja. Din hija filfatt biċċa ħidma letterarja ta’ ċertu toqol li ħadet madwar sentejn ta’ ħidma.

Ir-Ritrattazzjonijiet, Ktieb ġdid ta’ Santu Wistin bil-Malti Kompli aqra »

L-Aħwa Agostinjani jqattgħu ftit ħin flimkien

Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Lulju għal ħabta tas-7pm l-aħwa Agostinjani iltaqgħu flimkien għal mument ta’ talb fil-kappella Bellesini fil-Kulleġġ Santu Wistin, Pietà u wara komplew jieħdu gost bil-preżenza ta’ xulxin billi kielu flimkien fil-kunvent San Tumas minn Villanova f’Tal-Pietà. Kien mument fratern sabiħ għal dawk kollha li kienu preżenti.

L-Aħwa Agostinjani jqattgħu ftit ħin flimkien Kompli aqra »

jumejn Għawdex mal-patrijiet Agostinjani

Matul is-sajf isiru diversi attivitajiet maż-żgħażagħ bħal live-ins, BBQs, mumenti ta’ talb u esperjenzi oħrajn li jkomplu jgħinu liż-żgħażagħ fil-mixja tal-ħajja tagħhom. Daniel Bajada, wieħed miż-żgħażagħ qasam l-esperjenza tiegħu tal-live-in li kien organizzat fil-bidu ta’ Lulju:  Il-Ħadd 2 ta’ Lulju, flimkien ma’ sħabi, Fr Terence, Fr Leslie u Fr Mario irħejnilha lejn Għawdex. Qattajna 3 ijiem flimkien fil-kunvent tal-Agostinjani fir-Rabat. Kull ġurnata kienet mimlija attivitajiet varji fejn għenuna nsiru nafu

jumejn Għawdex mal-patrijiet Agostinjani Kompli aqra »

Min ser jimxi lejn Santiago u min ser jgħin fil-Kenja

Nhar il-Ħadd 2 ta’ Lulju, gruppi ta’ żgħażagħ kienu mogħtija s-salib tal-missjoni u l-arzella tal-camino bħala sinjal tal-bidu tal-esperjenzi tagħhom fil-Kenya u lejn Santiago. Matul il-quddiesa fil-Knisja ta’ San Nikola minn Tolentino, Ħal Tarxien, l-Provinċjal P. Leslie Gatt stieden liż-żgħażagħ biex dawn l-esperjenzi iħalluhom ikelmuhom fil-ħajja tagħhom u assigurahom li minn Malta ser inkunu qegħdin nitolbu għalihom. Ħeġġeġ ukoll iktar żgħażagħ jagħmlu esperjenzi bħal dawn għaliex jagħmlu ħafna ġid fil-ħajja.

Min ser jimxi lejn Santiago u min ser jgħin fil-Kenja Kompli aqra »

Reunion tal-Istudenti tal-Kulleġġ Santu Wistin

Nhar il-Ġimgħa, 23 ta’ Ġunju ġiet organizzata reunion għall-ex-studenti tal-Kulleġġ Santu Wistin. Numru sabih ta’ ex-studenti ħadu sehem f’din is-serata mill-isbah fil-grawnds tal-Kulleġġ f’Tal-Pieta. Wara merħba mir-rettur, dawk kollha li ħadu sehem kellhom ċans iduru mal-ispazji tal-Kulleġġ u jiltaqgħu partikolarment ma’ dawk li kienu studenti magħhom u anke diversi għalliema. Is-serata kompliet b’mument qasir ta’ talb u riċeviment. L-attivita ħolqot spazju sabih mhux biss biex il-ħbieb jiltaqgħu imma anke jġeddu

Reunion tal-Istudenti tal-Kulleġġ Santu Wistin Kompli aqra »

Scroll to Top