Kif ser ninvolvu ruħna fl-istorja tad-dinja, bi dwejjaq u biża’, jew b’impenn u b’tama?
It-33 Ħadd matul is-Sena Liturġika B Danjel 12:1-3; Salm 15; Lhud 10:11-14; Mark 13:24-32 Aqra’: F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Wara jiem ta’ dwejjaq kbar, ix-xemx tiddallam, il-qamar jitlef id-dija tiegħu, il-kwiekeb jibdew jaqgħu mis-sema, u l-qawwiet tas-smewwiet jitqallbu. Imbagħad jaraw lil Bin il-bniedem ġej fis-sħab b’qawwa kbira u bi glorja. U mbagħad jibgħat l-anġli biex jiġbor flimkien il-maħturin tiegħu mill-erbat irjieħ, minn tarf l-art sa tarf is-sema. Mis-siġra […]









