Li ġġorr is-salib wara Ġesu’ tfisser li d-dixxiplu jagħmel minnu nnifsu servizz għall-oħrajn
L-24 Ħadd matul is-Sena Liturġika B Isaija 50:5-9a; Salm 114; San Ġakbu 2:14-18;San Mark 8:27-35 Aqra’: Ġesu’ Sejjaħ lejh in-nies flimkien mad-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi u tal-Evanġelju, isalvaha. Għax x’jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu?”. Riflessjoni: “Jiċħad lilu nnifsu, […]









