Upload Summer Experiences 2026
Upload Summer Experiences 2026 Kompli aqra »
Bejn it-13 u s-17 ta’ Ottubru grupp ta’ aħwa Agostinjani inġabru għall-irtir annwali f’Dar Stella Maris fiż-Żebbuġ Għawdex. Matul dawn il-jiem l-aħwa kellhom l-opportunità li jieqfu mir-rutina tal-ħajja u jgħixu mumenti ta’ aktar skiet, talb u riflessjoni akkumpanjati minn Dun Noel Debono li anima dawn il-ġranet. Ir-riflessjonijiet ta’ Dun Noel, ispirati mill-evanġelju ta’ San Ġwann u s-sinjali ta’ Ġesù, offrew stedina kontinwa biex wieħed jirrifletti fuq il-kelma li tmiss il-ħajja
Grupp ta’ aħwa Agostinjani jinġabru għal jiem ta’ rtir Kompli aqra »
Nhar il-Ħamis, 23 ta’ Ottubru, ġiet inawgurata b’mod uffiċjali l-estensjoni tal-Kulleġġ Santu Wistin fil-Kampus tas-Sekondarja permezz ta’ Dar Ida. Din il-binja, li darba kienet abbandunata u li għandha valur storiku għar-raħal tal-Pietà, illum saret spazju ġdid ta’ tagħlim, smigħ, djalogu u esperjenzi sbieħ għall-komunità Agostinjana tagħna. Hawn taħt qed inwasslu l-messaġġ ta’ Mr Joseph Mizzi, edukatur fis-sekondarja, li qasam waqt l-inawgurazzjoni uffiċjali ta’ Dar Ida: Tassew tal-għaġeb, meta naħsbu ftit
Dar Ida – spazju restawrat għall-Kulleġġ Santu Wistin Kompli aqra »
Fl-aħħar weekend ta’ Settembru, il-grupp Tagaste Youths organizza live-in speċjali għal dawk iż-żgħażagħ li jagħmlu parti minnu. Il-live-in, li kien immexxi bit-tema “Ankrati fit-tama”, kien esperjenza ta’ fidi u ħbiberija fejn il-parteċipanti setgħu jieqfu mill-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum biex jirriflettu, jitgħallmu, u jsaħħu r-relazzjoni tagħhom ma’ Alla u ma’ xulxin. Matul il-live-in, iż-żgħażagħ ħadu sehem f’diversi attivitajiet interattivi, mumenti ta’ talb u laqgħat ta’ riflessjoni li għenuhom jifhmu aktar kif
Ankrati fit-Tama – Live-in Tagaste Youths Kompli aqra »
It-Tlettax-il Jum: Is-sessjoni ta’ filgħodu bdiet bi djalogu mas-sorijiet Agostinjani u l-lajċi, b’enfasi partikolari fuq il-kollaborazzjoni, l-appoġġ reċiproku u l-possibbiltà ta’ preżenzi monastiċi ġodda. Fil-11:00am, l-assemblea ngħaqdet mal-Papa Ljun XIV, li kien milqugħ b’awgurju għaċ-ċelebrazzjoni t’ għeluq sninu. Fid-diskors tiegħu, il-Papa enfasizza l-interjorità bħala sors ta’ saħħa għall-missjoni, ħeġġeġ għal impenn imġedded favur il-vokazzjonijiet u l-formazzjoni, ħeġġeġ lill-dawk li jiddedikaw ħajjithom għall-istudju biex iservu bl-umiltà, u fakkar lill-Ordni fid-dmir tiegħu
Kapitlu Ġenerali Ordinarju 2025: It-Tielet Ġimgħa Kompli aqra »
Matul il-Kapitlu Ġenerali Ordinarju li għaddej bħalissa, ġew magħżula l-uffiċjali l-ġodda tal-Ordni biex jaqdu flimkien mal-Pirjol Ġenerali l-ġdid, Patri Joseph Farrell, li kien magħżul ftit jiem ilu. Dalgħodu, il-Kapitlu għażel dawn l-aħwa biex iservu fil-Kunsill Ġenerali: Vigarju Ġenerali:P. Alex Lam (Peru) Assistenti Ġenerali:P. Kevin De Prinzio (Amerika)P. Martin Davakan (Belġju)P. Frederick Comendador (Filippini)P. James Wambugu (Kenja)P. Benjamín García Franco (Messiku) Uffiċji Oħrajn:Segretarju Ġenerali: P. Javier Perez Barba (Spanja)Ekonomu Ġenerali: P.
Kapitlu Ġenerali Ordinarju 2025 – Ħatra ta’ Uffiċjali ġodda fl-Ordni Kompli aqra »
Is-seba’ Jum:Fit-8 ta’ Settembru 2025, wara li l-jum ta’ qabel il-membri tal-kapitlu ħadu sehem fil-kanonizzazzjoni ta’ San Carlo Acutis u San Pier Giorgio Frassati, il-Kapitlu beda bil-quddiesa tal-Festa tat-Twelid tal-Verġni Marija Mqaddsa, u mbagħad iltaqa’ fi gruppi reġjonali biex jiddiskutu l-elezzjoni għall-Pirjol Ġenerali ġdid. Il-Pirjol Ġenerali P. Alejando Moral Anton, temm uffiċċjalment il-mandat tiegħu billi ta s-siġill tal-awtorità, wara li l-proċess tal-elezzjoni beda b’mument ta’ talb lill-Ispirtu s-Santu. Saru tliet
Kapitlu Ġenerali Ordinarju 2025: It-tieni ġimgħa Kompli aqra »
Fil-ġimgħat li għaddew, partikolarment fl-aħħar jiem ta’ Awwissu u matul ix-xahar ta’ Settembru, ġew iċċelebrati diversi festi fil-kalendarju Liturġiku Agostinjan. Dawn l-istess Festi jiġu ċċelebrati fil-knejjes Agostinjani fi ġranet differenti. Ewlenin fosthom huma l-festi ta’ Santu Wistin u tal-Madonna taċ-Ċintura li kienu ċċelebrati b’mod solenni fil-Knejjes Agostinjani tal-Belt Valletta u tar-Rabat f’Malta, u tal-Belt Victoria f’Għawdex. Fit-tliet knejjes tħejja programm ta’ ċelebrazzjonijiet liturġiċi u fil-Belt Valletta u fir-Rabat Malta saru
Ċelebrazzjoni ta’ Diversi Festi fil-Kalendarju Agostinjan Kompli aqra »
Ftit tal-ġimgħat ilu tlesta r-restawr fuq il-kampnar imponenti tal-Knisja konventwali ta’ San Mark fir-Rabat. Il-Knisja ta’ San Mark tinsab propju fil-bidu tar-Rabat quddiem id-daħla tal-Imdina u d-dehra tiegħu tagħmel parti mill-Iskyline pittoreska tal-Belt l-Antika. Il-kampnar kien inbena fl-1910 u issa wara 115-il sena, qed jingħata lura d-dehra eleganti u sabiħa tiegħu. Dan ir-restawr sar grazzi għall-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Minbarra r-restawr, ġiet installata ukoll sistema ġdida ta’ dawl ta’ konsum
Restawr tal-Kampnar tal-Knisja San Mark Kompli aqra »