Kbir f’għemilu l-Mulej magħhom! Kbir f’għemilu l-Mulej magħna! U aħna bil-ferħ imtlejna.
It-Tieni Ħadd ta’ l-Avvent. Sena Liturġika C Baruk 5:1-9; Salm 125; Filippin 1:4-6.8-11; San Luqa 3:1-6 Aqra’: Fis-sena ħmistax tal-ħakma ta’ Tiberju Ċesari, meta Ponzju Pilatu kien gvernatur tal-Lhudija, Erodi tetrarka tal-Galilija, ħuh Filippu tetrarka tal-artijiet tal-Iturija u t-Trakonija, u Lisanja tetrarka ta’ Abileni, fiż-żmien meta l-uffiċċju ta’ qassis il-kbir kien f’idejn Anna u Kajfa, il-kelma tal-Mulej ġiet fuq Ġwanni bin Żakkarija, fid-deżert. U ġie fl-inħawi kollha ta’ madwar il-Ġordan, […]









