Fil-mixja tiegħek lejn il-qdusija, sieħeb miegħek l-Ispirtu s-Santu billi titlob izjed.
Is-Sitt Ħadd il-Għid Atti 15, 1-2, 22-29; Salm 66; Apokalissi 21, 10-14, 22-23; San Ġwann 14, 23-29. Aqra’: F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu. Min ma jħobbnix ma jħarisx kliemi. U l-kelma li qegħdin tisimgħu mhijiex tiegħi, imma tal-Missier li bagħatni. Għedtilkom dan meta għadni magħkom. Imma d-Difensur, l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier jibgħat f’ismi, jgħallimkom […]








