Author name: Fr Terence Spiteri

Laqgħa għal-lajċi Agostinjani

Il-Ħadd, 18 ta’ Jannar, diversi lajċi midħla tar-realtajiet Agostinjani ltaqgħu fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni f’Birkirkara għal attivita rikreattiva li issa saret parti mill-kalendarju annwali għal dan iż-żmien. Din kienet filfatt l-ewwel attivita għal din is-sena organizzata mill-Kummissjoni Lajċi Agostinjani fi ħdan il-Provinċja. Il-Laqgħa bdiet bil-wiri tal-film  A week away. Wara l-film kien hemm ukoll mument soċjali flimkien fejn ma naqsitx anke xi ħaġa tajba tal-ikel. Dawn l-attivitajiet li jsiru minn […]

Laqgħa għal-lajċi Agostinjani Kompli aqra »

Żmien il-Milied maż-Żgħażagħ Agostinjani

Żmien il-Milied hu wieħed li jiġborna lkoll flimkien, u fil-komunitajiet żgħażagħ tagħna mhux b’inqas. Apparti l-laqgħat normali ta’ kull ġimgħa li użawhom biex jirriflettu aktar fuq żmien l-Avvent, kien hemm bosta attivitajiet oħra relatati ma’ daż-żmien. It-Tnejn l-1 u t-Tlieta 2 ta’ Diċembru, grupp sabiħ mill-istudenti tal-Ħdax-il sena, qattgħu lejl flimkien bħala esperjenza ta’ ‘Come and See’ fejn jaraw u jgħixu flimkien mal-komunità tal-Patrijiet. Filgħaxija ngħaqdu mat-Tagaste Youths u ġew

Żmien il-Milied maż-Żgħażagħ Agostinjani Kompli aqra »

Programm – Kors għal Kulħadd 2026

Kull nhar ta’ ġimgħa, fis-6pm, mid-9 ta’ Jannar, 2026, f’The Santa Rita Priory, Triq Sqaq Lourdes, San Ġiljan.Parking provdut bla ħlas. Applika hawn jew għal iktar informazzjoni tista’ tikkuntattjana fuq [email protected] L-Attwalità ta’ xi temi misluta mill-Kitbiet u t-Tagħlim ta’ Santu Wistin ta’ Ippona. Kors għal Kulħadd organizzat mill-Istitut Agostinjan, immexxi mill-Provinċja Agostinjana Maltija. Dan il-Kors ser jibda’ b’Ċelebrazzjoni Ewkaristika mmexxija mill-WRP. Leslie Gatt OSA, Provinċjal u President tal-Istitut Agostinjan,

Programm – Kors għal Kulħadd 2026 Kompli aqra »

Mewt ta’ P. Salvino Caruana O.S.A.

Nhar it-Tnejn 22 ta’ Diċembru tħabbret il-mewt ta’ P. Salvino Caruana li ġrat fl-isptar Mater Dei fl-eta ta’ 75 sena. P. Salvino kien ilu rikoverat l-isptar diversi ġimgħat minħabba kumplikazzjonijiet ta’ saħħa. F’Ġunju li għadda flimkien ma’ P. Salvino ċċelebrajna 50 sena ta’ ministeru saċerdotali. P. Salvino twieled Ħaż-Żabbar fit-28 ta’ Diċembru 1949. Sa minn età żgħira huwa beda l-formazzjoni tiegħu fil-familja Agostinjana u fl-1967 beda n-novizzjat fil-Kunvent ta’ Santu

Mewt ta’ P. Salvino Caruana O.S.A. Kompli aqra »

P. Leslie Gatt OSA maħtur mill-ġdid Pirjol Provinċjali tal-Provinċja Agostinjana Maltija

Wara proċess intern, P. Leslie Gatt reġa’ ġie elett Pirjol Provinċjali tal-Provinċja Agostinjana Maltija. Fl-aħħar ġimgħat, il-patrijiet Agostinjani Maltin ivvutaw biex jagħżlu Pirjol Provinċjali għat-terminu ta’ erba’ snin li ġejjin. P. Leslie Gatt ilu jservi f’din il-kariga minn April tal-2018. L-Agostinjani ilhom f’Malta għal aktar minn 600 sena, iżda dan se jkun it-68 mandat provinċjali mit-twaqqif tal-Provinċja Agostinjana Maltija fl-1817. P. Leslie se jġedded il-mandat tiegħu bħala Pirjol Provinċjali fil-Kapitlu

P. Leslie Gatt OSA maħtur mill-ġdid Pirjol Provinċjali tal-Provinċja Agostinjana Maltija Kompli aqra »

Scroll to Top