Author name: Fr Terence Spiteri

Il-Familja Agostinjana tiċċelebra s-Solennità ta’ Sidtna Marija Omm tal-Konsolazzjoni

Il-Ħadd 4 ta’ Settembru il-Familja Agostinjana tiċċelebra s-Solennità ta’ Sidtna Marija Omm tal-Konsolazzjoni, padruna tal-Ordni Agostinjan. Meta snin ilu, fil-knisja u fl-Ordnijiet Mendikanti bdiet tissawwar id-devozzjoni lejn sidtna Marija, l-Ordni Agostinjan intrabat mas-simbolu antik tal-ħżiem jew kif nafuh aħna llum taċ-ċintura. Kien f’dak il-kuntest li kibret it-tradizzjoni li Marija dehret lil Santa Monika u tatha dan is-simbolu bħala sinjal ta’ faraġ hi u tiġri wara binha Wistin u tinkuraġġieh jersaq […]

Il-Familja Agostinjana tiċċelebra s-Solennità ta’ Sidtna Marija Omm tal-Konsolazzjoni Kompli aqra »

Ħuna P. George Bezzina mar jiltaqa mal-Mulej li tant ħabb

Il-Provinċja Agostinjana Maltija tħabbar b’sogħba l-mewt ta’ P. George Bezzina li llum 30 ta Awissu 2022, mar jiltaqa’ mal-Mulej li tant ħabb u qeda matul ħajtu, fl-eta sabiħa ta’ 94 sena. F’dawn l-aħħar snin P. George kien rikoverat fid-Dar tal-Kleru Birkirkara, wara diversi snin fil-Komunita tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta. P. George twieled il-Għargħur fid-29 ta’ Marzu 1928 u inagħqad mal-familja Agostinjana fl-1946. Wara li temm l-istudji tiegħu kien

Ħuna P. George Bezzina mar jiltaqa mal-Mulej li tant ħabb Kompli aqra »

Ħa Jkunu l-Komunitajiet u l-Istrutturi Tagħna Esperjenza ta’ Sinodalità

L-aħħar jiem ta’ Awwissu jġibu magħhom is-Solennita ta’ Santu Wistin Missierna li fiha l-Knisja tħares lejn il-figura ta’ ta’ dan il-qaddis kbir u tiċċelebrah fost dawk li għexu l-magħmudija tagħhom fil-milja tagħha. Din hi s-sejħa ta’ dawk kollha li jagħmlu parti mill-komunità nisranija u li huma msejħa biex kontinwament ifittxu lil Alla flimkien u jiċċelebraw il-fidi tagħhom fil-mixja tal-ħajja ta’ kuljum. Din kienet l-esperjenza naturali taż-żgħażugħ Wistin li fittex li

Ħa Jkunu l-Komunitajiet u l-Istrutturi Tagħna Esperjenza ta’ Sinodalità Kompli aqra »

L-Aħwa Agostinjani jiċċelebraw flimkien il-Festa ta’ Santu Wistin

Nhar il-Ġimgħa 26 t’ Awwissu l-aħwa Agostinjani iltaqgħu filgħodu għal mument ta’ talb fil-Knisja Santu Wistin, fil-Belt Valletta u wara komplew jiċċelebraw il-festa ta’ Santu Wistin b’ikla fraterna fir-refettorju tal-istess kunvent. Kien mument informali u sabiħ li fih l-aħwa setgħu jiltaqgħu flimkien għall-festi ta’ Santa Monika u Santu Wistin! Il-Festa t-tajba lil kulħadd!

L-Aħwa Agostinjani jiċċelebraw flimkien il-Festa ta’ Santu Wistin Kompli aqra »

L-Istatwa ta’ Santu Wistin lura fil-Knisja Parrokkjali

Permezz ta’ kunċert ta’ mużika sagra b’kompożizzjonijiet mill-arkivju tal-Kunvent, nhar it-Tlieta 23 t’Awwissu 2022, il-Komunità Agostinjana, flimkien mal-Komunità Parrokkjali laqgħu lura fil-Knisja l-istatwa Titulari ta’ Santu Wistin issa miżbuha u indurata. Matul din l-aħħar sena filfatt l-istatwa ttieħdet biex tinżebah u ssir l-induratura meħtieġa. Għal dan ix-xogħol tqabbad is-Sur Horace Farrugia tal-Imdina li huwa artist ta’ esperjenza kbira f’dan il-qasam. Huwa ħadem b’reqqa kbira l-ewwel fuq il-kisi bil-ġibs u l-iżgraffjar

L-Istatwa ta’ Santu Wistin lura fil-Knisja Parrokkjali Kompli aqra »

Pass pass wasalna Santiago…Mixja ta’ 200Km

Nhar it-Tlieta 2 ta’ Awissu 2022, kmieni filgħodu, il-grupp Augustinian Youths beda l-mixja tiegħu minn Viana do Castelo fil-Portugal, lejn il-Katidral ta’ Santiago de Compostela fi Spanja. Kull ġurnata, għal disat ijiem, konna nerħulha kmieni filgħodu, b’dak kollu li ġibna minn Malta wara dahrna u dejjem aktar navvanzaw lejn id-destinazzjoni tagħna. Qabel tlaqna kollha kemm aħna konna qed naħsbu li d-destinazzjoni hija waħda, dik ta’ Santiago, pero fis wara l-ewwel ftit passi

Pass pass wasalna Santiago…Mixja ta’ 200Km Kompli aqra »

200 sena mit-twelid tal-Agostinjan Gregor Mendel, missier il-Ġenetika

Matul dawn il-jiem il-Familja Agostinjana fir-repubblika Ċeka, flimkien mal-kamp tal-istudji tax-xjenza qed jiċċelebraw il-200 sena mit-twelid ta’ P. Johann Mendel, Agostinjan li mpenja ruħu fl-istudju tal-ġenetika u kkontribwixxa bi skoperti mportanti, tant li huwa magħruf propju bħala Missier il-ġenetika. Johann Mendel twieled fl-20 ta’ Lulju 1822, f’Hyncice (Heinzendorf), Silesia, illum fir-Repubblika Ċeka. Fl-eta ta’ 21 sena, huwa ħaddan il-ħajja reliġjuża Agostinjana fl-Abbazija ta’ Brno, fejn mhux biss ingħata taħriġ reliġjuż,

200 sena mit-twelid tal-Agostinjan Gregor Mendel, missier il-Ġenetika Kompli aqra »

Tlaqna għal Camino de Santiago!

Grupp ta’ 8 żgħażagħ flimkien ma’ Fr Terence Spiteri osa ser jagħmlu esperjenza differenti forma ta’ mixja twila lejn Santiago. Il-grupp ser jitlaq nhar it-Tnejn 1 t’Awwissu lejn Porto (Portugal) u minn hemm jibda l-mixja tiegħu lejn Santiago (Spanja). Matul is-sena l-grupp kellu diversi attivitajiet li fihom mexa fit-tul bħala preparazzjoni għal dan il-mument. Lejn l-aħħar ta’ Ġunju, dawn iż-żgħażagħ għexu flimkien għal jumejn biex ikomplu jsiru jafu lil xulxin

Tlaqna għal Camino de Santiago! Kompli aqra »

Tagaste Youths Live-in

Grupp ta’ żgħażagħ għexu jumejn flimkien mal-Komunità Agostinjana f’Tal-Pietà. F’dawn il-jumejn Tagaste Youths kellhom l-opportunità li jagħtu ftit ħin għall-ħaddieħor permezz ta’ ħidma ta’ tindif u tisbieħ fil-Millennium Chapel. Wara dan il-mument, iż-żgħażagħ kielu ukoll flimkien mal-Komunità tal-Patrijiet Agostinjani f’Paceville. It-tema għal dawn il-jiem kienet Arise and Celebrate ispirata mill-messaġġ tal-Papa Franġisku ta’ din is-sena għaż-żgħażagħ. Fost diversi mumenti oħrajn ta’ talb, u attivitajiet ta’ logħob, Tagaste Youths marru sa

Tagaste Youths Live-in Kompli aqra »

Laqgħa għall-aħwa Agostinjani wara fażi ta’ diskussjonijiet Post Kapitulari

Wara ċ-Ċelebrazzjoni tal-Kapitlu Provinċjali Ordinarju li sar f’Marzu u April li għadda, il-Pirjol Provinċjali kompla bid-diskussjonijiet mal-Kunsill Provinċjali u ma’ diversi aħwa b’mod individwali. Il-ħidma u d-diskussjonijiet li jkunu qed isiru f’dan il-perjodu jitilqu minn dak li jkun ġie diskuss fil-Kapitlu Provinċjali u jagħmlu evalwazzjoni dwar xi tibdil li jkun meħtieġ li jsir fir-responsabiltajiet tal-aħwa u  fil-komunitajiet partikolari. Kien propju b’dan il-għan li l-Erbgħa, 8 ta’ Ġunju, l-aħwa Agostinjani nġabru

Laqgħa għall-aħwa Agostinjani wara fażi ta’ diskussjonijiet Post Kapitulari Kompli aqra »

Scroll to Top