Author name: Fr Terence Spiteri

Grupp ta’ aħwa Agostinjani jinġabru għal jiem ta’ rtir

Bejn l-14 u t-18 ta’ Ottubru grupp ta’ reliġjużi Agostinjani inġabru għall-irtir annwali tagħhom f’Dar Stella Maris fiż-Żebbuġ Għawdex. Matul dawn il-jiem l-aħwa kellhom l-opportunità li jieqfu mir-rutina tal-ħajja u jgħixu mumenti ta’ aktar skiet, talb, riflessjoni u qsim, akkumpanjati minn Fr Richard Nazzareno Farrugia li jservi bħala Arċipriet tax-Xagħra u għal diversi snin ħadem anke bħala Rettur tas-Seminarju ta’ Għawdex.  Ir-riflessjonijiet ta’ Fr Richard poġġew stedina ċara biex wieħed […]

Grupp ta’ aħwa Agostinjani jinġabru għal jiem ta’ rtir Kompli aqra »

Ftuħ ta’ The Saint Augustine Priory Interpretation Centre fin-Notte Bianca

Il-Kunvent ta’ Santu Wistin tal-Belt Valletta b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Soċjo-Kulturali Ambjentali Augustina qed joqorbu biex jitlesta l-Proġett ta’ restawr estensiv tal-kwartier li l-patrijiet Agostinjani kienu inagħtaw sa mill-bidu tat-twaqqif tal-Belt Valletta. Nhar is-Sibt 5 ta’ Ottubru, waqt in-Notte Bianca, il-proġett infetaħ mill-ġdid wara ammont kbir ta’ restawr li sar kemm fuq il-faccati ta’ barra, imma anke fuq diversi spazji oħra li ser ikunu jistgħu jitgawdew mill-pubbliku waqt li jintużaw għal diversi

Ftuħ ta’ The Saint Augustine Priory Interpretation Centre fin-Notte Bianca Kompli aqra »

Scroll to Top