Author name: Fr David Cortis

Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Pontifikal tal-Biċentinarju tal-Provinċja Agostinjana

L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna                            Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta 14 ta’ Settembru 2017    “Tinsewx l-għemejjel kbar ta’ Alla” (S 77, 7). Hekk kantajna fis-Salm Responsorjali li huwa parti mil-Liturġija tal-kelma f’din il-festa għażiża tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes, “tinsewx l-għemejjel kbar ta’ Alla”. Il-Provinċjal, Fr Ray Francalanza, lejn it-tmiem tal-introduzzjoni tiegħu, tkellem dwar id-dilemma li kellu u li kellha l-Provinċja Agostinjana dwar jekk għandhiex tiċċelebra dan il-200 anniversarju mit-twaqqif tagħha.

Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Pontifikal tal-Biċentinarju tal-Provinċja Agostinjana Kompli aqra »

200 sena Provinċja: Inġorru f’qalbna ħolma u missjoni mill-isbaħ

Il-ħolma li welldet qalb… qalb li llum għadha ħajja, tbaqbaq, sabiħa! 13 ta’ Novembru 354.  F’Tagaste (Souk-Ahras) fl-Afrika Rumana jitwieled Wistin iben Patrizju, pagan, u Monika, nisranija qaddisa. Wistin żgħir kien ġa milqugħ fil-katekumenat u ngħata s-sinjal tal-melħ. Iktar tard hu stess kiteb: “Isem Ġesù…il-qalb ċkejkna tiegħi xorbitu bit-tjieba ma’ ħalib ommi u żammitu fis-sħiħ.” (Stqarrijiet III,4).

200 sena Provinċja: Inġorru f’qalbna ħolma u missjoni mill-isbaħ Kompli aqra »

Augustinian Youths in Taize

Bejn it-3 u l-10 ta’ Settembru, il-grupp ta’ żgħażagħ agostinjani ingħaqad mal-komunità tal-patrijiet f’Taize (Franza) biex jagħmel esperjenza ta’ talb, fidi u komunità flimkien ma’ żgħażagħ oħrajn minn pajjiżi differenti li qegħdin jagħmlu l-mixja fil-fidi tagħhom.   (Ritratt James Pizzuto) Uħud minn dawk li ħadu sehem f’din l-esperjenza qegħdin jaqsmu magħna l-ħsibijiet tagħhom.   Fr. Franco Grech osa L-esperjenza tiegħi f’Taize’ kienet esperjenza ta’ Alla bħala ġmiel. Il-presenza ta’ Alla

Augustinian Youths in Taize Kompli aqra »

Fr Ray Francalanza OSA – President tal-KSMR

Wara li f’Lulju li għadda  l-kariga ta’ President tal-KSMR (Konferenza Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi)  ġiet vakanti bir-riżenja tal-Provinċjal tal-Kapuċċini Patri Martin Micallef ofm cap;  is-Sibt 9 ta’ Settembru 2017, is-Superjuri Maġġuri Rġiel u Nisa tal-Ordnijiet Reliġjużi f’Malta u f’Għawdex iltaqgħu flimkien biex jivvutaw għal President ġdid tal-KSMR. F’din l-elezzjoni il-Provinċjal tagħna Patri Raymond Francalanza OSA ġie elett bħala l-President il-ġdid tal-KSMR wara li ġab l-maġġoranza assoluta tal-voti kollha tas-Superjuri Irġiel u

Fr Ray Francalanza OSA – President tal-KSMR Kompli aqra »

50 u 25 sena anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali

Matul dawn l-aħħar xhur, tlitt aħwa mill-Provinċja Agostinjana, ċċelebraw b’ferħ kbir il-25 u l-50 sena mill-Ordinazzjoni saċerdotali tagħhom. Nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Lulju 2017  P. Joseph Zammit OSA iċċelebra 25 anniversarju permezz ta’ ċelebrazzjoni ewkaristika fil-Knisja S. Nikola minn Tolentino f’Ħal Tarxien.  Adeodato Schembri OSA iċċelebra 50 sena mill-Ordinazzjoni saċerdotali tiegħu fil-Knisja S. Wistin fir-Rabat Għawdex nhar il-Ħadd 12 ta’ Marzu 2017, filwaqt li P. Luċjan Borg OSA iċċelebra l-50

50 u 25 sena anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali Kompli aqra »

Tereża Spinelli: Mudell għall-bniedem tal-lum

Tereża Spinelli: mudell għall-bniedem tal-lum[1] Il-bniedem ta’ kull żmien ifittex mudelli li fuqhom ikun jista’ jispira ruħu. Il-Knisja dan tagħrfu u tippreżentalna mudelli li fuqhom in-nisrani jista’ jfassal il-ħajja evanġelika, bħala għajnuna sabiex jilħaq il-milja tas-sejħa tiegħu: il-qdusija. Madre M.a Tereża Spinelli (Ruma 1789-Frosinone 1850), fundatriċi tas-Sorijiet Agostinjani Servi ta’ Ġesù u Marija (hawn Malta magħrufin bħala s-sorijiet ta’ Santa Monika) ftit taż-żmien ilu ġiet dikjarata mill-Knisja bħala Venerabbli. Dan

Tereża Spinelli: Mudell għall-bniedem tal-lum Kompli aqra »

Scroll to Top