Proġett li għandu jsaħħaħ l-impenn Pastorali u Soċjali tal-Provinċja Agostinjana Maltija
Stqarrija dwar il-proġett fuq l-art tal-Provinċja Agostinjana Maltija f’San Ġiljan Fid-dawl ta’ referenzi li qed isiru f’xi mezzi tal-media dwar art li l-Provinċja Agostinjana Maltija għandha f’San Ġiljan, tajjeb li wieħed jiċċara li: L-art imsemmija tiġbor fiha kunvent, kappella u biċċa art li għal ħafna snin kienet biss art mhux użata. Fid-dawl tal-iżvilupp kbir li sar fiż-żona tal-madwar lejn it-tmiem tas-snin tmenin u disgħin, bdiet tinħass il-ħtieġa li l-art madwar il-kunvent […]