Aħbarijiet

Programm Ġdid fuq Radju Marija: “Kbir Int Mulej”

Programm Ġdid fuq Radju Marija: “Kbir Int Mulej” Il-Provinċja Agostinjana Maltija qegħda toffri programm ġdid fuq ir-radju, “Kbir Int Mulej”, li jistieden lis-semmiegħa jagħmlu vjaġġ fil-għerf etern ta’ L-Istqarrijiet ta’ Santu Wistin. Dan il-programm, immexxi minn Mr Marcel Zammit Marmara bill-kollaborazzjoni ta’ Fr Peter Paul Cachia OSA, Ms Maryann Muscat u Fr Franco Grech OSA, jixxandar fuq Radju Marija kull nhar ta’ Tlieta fl-4:00 PM, b’ripetizzjoni oħra nhar ta’ Ġimgħa […]

Programm Ġdid fuq Radju Marija: “Kbir Int Mulej” Kompli aqra »

Ħuna P. Paul Formosa OSA mar jiltaqa’ mal-Mulej

Il-Provinċja Agostinjana Maltija b’sogħba kbira tħabbar il-mewt ta’ P. Paul Formosa OSA li llum 26 ta’ Diċembru 2024, mar jiltaqa’ mal-Mulej li ħabb u qeda matul ħajtu. Dawn l-aħħar xhur huwa kien residenti fid-Dar tal-Kleru minhabba l-kundizzjoni ta’ saħħtu. Bħala reliġjuż u saċerdot f’Malta, P. Paul serva għal diversi snin bħala Pirjol fil-kunvent ta’ Ħal-Tarxien, għalliem u Rettur tal-kulleġġ Santu Wistin,  u dawn l-aħħar snin membru tal-Komunità tar-Rabat filwaqt li

Ħuna P. Paul Formosa OSA mar jiltaqa’ mal-Mulej Kompli aqra »

Mument ta’ riflessjoni fiż-żmien tal-Avvent

Nhar il-Ġimgħa, 13 ta’ Diċembru, l-aħwa agostinjani ltaqgħu f’The Santa Rita Priory f’San Ġiljan għal mument ta’ talb fi żmien l-Avvent. Fr Kevin Schembri mexxa riflessjoni fuq dan iż-żmien ta’ preparazzjoni u stennija. Wara mument qasir ta’ waqfa, l-aħwa inġabru għal adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesu’ Sagramentat u l-Barka Sagramentali.

Mument ta’ riflessjoni fiż-żmien tal-Avvent Kompli aqra »

Kungress dwar ir-Regola ta’ Santu Wistin f’Ruma

Bejn it-18 u t-22 ta’ Novembru inżamm f’Ruma Kungress Internazzjonali dwar ir-regola ta’ Santu Wistin bit-titlu, “Sub Regula Augustini: Il-Laqgħa mal-Kultura fl-Orizzont tal-Belt ta’ Alla ta’ Santu Wistin”. Il-Kungress li nżamm fil-Pontificium Institutum Augustinianum fetaħ b’indirizz ta’ merħba mill-Pirjol Ġenerali tal-Ordni ta’ Santu Wistin, P. Alejandro Moral Anton OSA , li enfasizza l-importanza tar-Regola ta’ Santu Wistin fil-ħajja u l-istorja tal-Ordni Agostinjan. Il-kungress kompla b’kelliema varji li taw preżentazzjonijiet interessanti

Kungress dwar ir-Regola ta’ Santu Wistin f’Ruma Kompli aqra »

Laqgħa fuq il-Ġublew tat-Tama (2025)

Nhar it-Tlieta 26 ta’ Novembru ser issir laqgħa fuq il-Ġublew tat-Tama mis-Sur Joe Farrugia, delegat tal-Arċisqof għal-Lajċi. Din il-laqgħa ser tibda b’quddiesa fis-6pm fil-Knisja ta’ San Nikola minn Tolentino f’Ħal Tarxien. Wara kulħadd huwa mistieden li jieħu xi ħaġa tajba flimkien. Min għandu bżonn trasport huwa ġentilment mitlub javża lill-Pirjol jew lil min hu responsabbli.

Laqgħa fuq il-Ġublew tat-Tama (2025) Kompli aqra »

Iċċelebrata l-Festa ta’ San Martin fil-Baħrija

Bejn it-Tnejn 3 ta’ Novembru u l-Ħadd 10 ta’ Novembru fil-Knisja tal-Baħrija limiti tar-Rabat, ġiet iċċelebrata l-festa ta’ San Martin. Matul il-ġimgħa saru diversi ċelebrazzjonijiet, fosthom ċelebrazzjonijiet sbieh għat-tfal tal-lokal li fihom kien hemm partecipazzjoni sabiħa ħafna. Is-Sibt filgħaxija imbagħad ġiet iċċelebrata quddiesa Solenni preseduta mil-Pirjol Provinċjali P. Leslie Gatt, u wara ħarġet il-purċissjoni bl-istatwa tal-qaddis li daret mat-toroq taċ-ċentru tar-raħal. L-għada l-Ħadd 10 ta’ Novembru imbagħad saret il-fiera tradizzjonali

Iċċelebrata l-Festa ta’ San Martin fil-Baħrija Kompli aqra »

Tifkira tal-Aħwa Agostinjani li telqu qabilna

Fis-6 ta’ Novembru, il-Familja Agostinjana tiċċelebra t-tifkira tar-reliġjużi Agostinjani li għexu qabilna u li llum jistrieħu mal-Mulej. Dakinhar fl-10am, il-provinċjal flimkien ma diversi aħwa iċċelebra quddiesa fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata li fiha fakkar l-aħwa mejtin. Wara l-quddiesa l-aħwa mxew lejn l-oqbra tal-Provinċja u l-Provinċjal għamel talba u bierek l-istess oqbra. Dawn il-jiem il-Provinċjal għandu jgħamel anke żjara fuq l-oqbra  tal-aħwa fiċ-ċimiterju ta’ Għawdex.

Tifkira tal-Aħwa Agostinjani li telqu qabilna Kompli aqra »

Safeguarding Policy ġdida għal Knisja f’Malta

F’attività li saret fil-5 ta’ Novembru fl-Imdina il-Knisja ppubblikat Safeguarding Policy ġdida għall-ħarsien tal-Minuri u l-persuni vulnerabbli. L-attivita kienet ppreseduta mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, u l-President tal-Konferenza għas-Superjuri Maġġuri li irrappreżenta lill-Provinċjali tad-diversi Kongregazzjonijiet Reliġjużi, li kienu preżenti wkoll.  Il‑policy il‑ġdida tistabbilixxi standards ta’ safeguarding li l‑entitajiet kollha tal‑Knisja huma mistennija jimxu magħhom. Permezz tal‑policy inħolqu strutturi li jindirizzaw l‑allegazzjonijiet li jsiru kemm fil‑konfront ta’ membri tal‑kleru kif ukoll

Safeguarding Policy ġdida għal Knisja f’Malta Kompli aqra »

Kunċert fil-Knisja ta’ San Mark fl-attività Rabat Sacrum

Il-Knisja u parti mil-Kunvent ta’ San Mark fir-Rabat kienu fost il-postijiet li wieħed seta jżur waqt l-attivita Rabat Sacrum li ġiet imtella nhar it-2 u t-3 ta’ Novembru mill-Kunsill Lokali tar-Rabat. Is-Sibt, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija fil-Knisja ta’ San Mark ittella’ kunċert bl-orgni u l-vjolin minn Justine Pearson u Christabelle Scerri. Apparti l-kunċert wieħed seta’ jitpaxxa bil-Knisja mill-isbaħ ta’ San Mark, is-Sagristija u parti mill-kunvent fejn ġew esebiti xi paramenti

Kunċert fil-Knisja ta’ San Mark fl-attività Rabat Sacrum Kompli aqra »

Scroll to Top