Aħbarijiet

Iċċelebrata l-Festa ta’ San Martin fil-Baħrija

Bejn il-Ħadd 1 ta’ Novembru u l-Ħadd 8 ta’ Novembru fil-Knisja tal-Baħrija limiti tar-Rabat, ġiet iċċelebrata l-festa ta’ San Martin. Matul il-ġimgħa saru diversi ċelebrazzjonijiet, fosthom ċelebrazzjoni sabiħa għat-tfal tal-lokal, preżentazzjoni tat-trabi u jiem oħra ta’ preparazzjoni. Il-Festa liturġika laħqet il-qofol tagħha nhar is-Sibt permezz ta’ quddiesa Solenni preseduta mil-Pirjol Provinċjali P. Leslie Gatt O.S.A. flimkien mal-Komunità Agostinjana tar-Rabat li sservi f’din il-Knisja.  Wara l-quddiesa ħarġet il-purċissjoni bl-istatwa tal-qaddis li […]

Iċċelebrata l-Festa ta’ San Martin fil-Baħrija Kompli aqra »

Tifkira tal-Aħwa Agostinjani li telqu qabilna

Fis-6 ta’ Novembru, il-Familja Agostinjana tiċċelebra t-tifkira tar-reliġjużi Agostinjani li għexu qabilna u li llum jistrieħu mal-Mulej. Bi preparazzjoni għal din it-tifkira, il-Ħamis 5 ta’ Novembru fl-10.30am, il-provinċjal flimkien ma diversi aħwa iċċelebra quddiesa fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata li fiha fakkar l-aħwa mejtin. F’kelmtejn li qasam mal-aħwa il-Provinċjal irrifletta fuq il-mistoqsija li Ġesu jagħmel lil Marta wara l-mewt ta’ ħuha: “Temmnu inti dan?” Santu Wistin jinnota li Marta filfatt

Tifkira tal-Aħwa Agostinjani li telqu qabilna Kompli aqra »

Il-Provinċjal jieħu sehem f’laqgħa internazzjonali tal-Ordni

Bejn il-Ħadd 26 u l-Erbgħa 29 ta’ Ottubru, il-Provinċjal, Patri Leslie Gatt O.S.A., ħa sehem fil-laqgħa tas-Superjuri Maġġuri taċ-Ċirkoskrizjonijiet tal-Ordni ta’ Santu Wistin li jitkellmu bil-lingwa Ingliża, li saret fl-Istati Uniti tal-Amerika. Għal din il-laqgħa nġabru superjuri maġġuri mill-Awstralja, l-Ingilterra, l-Indja, l-Irlanda, il-Ġappun, il-Korea, Malta, in-Niġerja, il-Filippini u l-Istati Uniti. Il-laqgħa saret f’Ojai, California, fil-Parroċċa u fil-kampus tal-Villanova Preparatory School. Għaliha attendew ukoll il-Pirjol Ġenerali, Patri Joseph L. Farrell O.S.A.,

Il-Provinċjal jieħu sehem f’laqgħa internazzjonali tal-Ordni Kompli aqra »

Grupp ta’ aħwa Agostinjani jinġabru għal jiem ta’ rtir

Bejn it-12 u s-16 ta’ Ottubru, grupp ta’ aħwa Agostinjani inġabru għal ftit jiem ta’ rtir f’Dar il-Ħanin Sammaritan, f’Santa Venera. Dawn il-jiem offrew opportunita mill-isbaħ biex l-aħwa setgħu jieqfu ftit mir-rutina tal-ħajja u jgħixu mumenti ta’ aktar skiet, talb, riflessjoni u qsim. L-aħwa kienu akkumpanjati minn Fr Kevin Schembri li offra żewġ mumenti ta’ riflessjoni kuljum. Ir-riflessjonijiet offrew mixja li titlaq mir-rikonoxxenza tal-preżenza ta’ Alla li ħabbna u sejħilna

Grupp ta’ aħwa Agostinjani jinġabru għal jiem ta’ rtir Kompli aqra »

Iċċelebrati diversi festi fil-Kalendarju Agostinjan

Il-ġimgħat li għaddew ġabu magħhom diversi festi fil-kalendarju Liturġiku Agostinjan. Flimkien mal-festi ta’ Santa Monika u Santu Wistin fl-aħħar jiem ta’ Awwissu, fil-bidu ta’ Settembru, il-Kalendarju litturġiku Agostinjan jiċċelebra anke l-festa tal-Madonna tal-Konsolazzjoni bħala l-padruna tal-Ordni u l-festa ta’ San Nikola minn Tolentino bħala l-ewwel reliġjuż Agostinjan kanonizzat mill-knisja.  Dawn il-festi kienu ċċelebrati f’diversi knejjes Agostinjani fi ġranet differenti. Sadanitant f’Jum is-Solennita ta’ Santu Wistin l-aħwa Agostinjani ltaqgħu għal mument

Iċċelebrati diversi festi fil-Kalendarju Agostinjan Kompli aqra »

Programm – Kors għal Kulħadd 2026-2027

Kull nhar ta’ Ġimgħa, fis-6pm, mit-23 t’Ottubru, 2026, f’The Santa Rita Priory, Triq Sqaq Lourdes, San Ġiljan.Parking provdut bla ħlas. Applika hawn jew għal iktar informazzjoni tista’ tikkuntattjana fuq [email protected] Il-Korsijiet miftuħa għal kulħadd u jsiru bil-malti. Huma organizzati mill-Istitut Agostinjan tal-Provinċja Agostinjana Maltija. Għalkemm ir-reġistrazzjoni hi bla ħlas, kull donazzjoni tkun apprezzata.Il-parteċipanti jistgħu jattendu għal lezzjonijiet individwali mingħajr ma jirreġistraw għall-kors kollu. Ara l-kors hawn taħt:

Programm – Kors għal Kulħadd 2026-2027 Kompli aqra »

Restless Hearts

X’inhu Restless Hearts? Restless Hearts hija mixja ta’ fidi għaż-żgħażagħ organizzata mill-Patrijiet Agostinjani flimkien mal-Augustinian Youths. Tikkonsisti f’10 laqgħat ta’ kull ġimgħa fejn ikollna ċ-ċans niltaqgħu ma’ oħrajn, naqsmu ikla flimkien, nitkellmu b’mod miftuħ u nesploraw mistoqsijiet aktar profondi dwar il-ħajja u l-fidi. Mhuwiex sempliċiment kors ieħor jew sensiela ta’ taħditiet. Hija opportunità biex infittxu, nistaqsu, nirriflettu u nimxu flimkien. Għal min hi din il-mixja? L-istedina hija miftuħa għal kull

Restless Hearts Kompli aqra »

Il-Vjaġġ Spiritwali Tiegħi lejn Santiago de Compostela

Il-Camino de Santiago huwa tradizzjoni antika ta’ pellegrinaġġ Kattoliku li tmur lura għas-seklu 9 wara Kristu. Matul is-sekli, il-popolarità tiegħu baqgħet qawwija, u eluf ta’ nies għadhom sal-lum jagħmlu dan il-pellegrinaġġ. Għal ħafna, il-Camino joffri opportunità biex għal ftit jitbiegħdu mill-esiġenzi tal-ħajja tal-lum u jfittxu l-paċi interjuri, mumenti ta’ riflessjoni spiritwali u rabta aktar profonda magħhom infushom u ma’ Alla. Għal ftit jiem, il-pellegrini jgħixu ħajja aktar sempliċi, jagħtu importanza

Il-Vjaġġ Spiritwali Tiegħi lejn Santiago de Compostela Kompli aqra »

Il-Patrijiet Agostinjani u l-grupp AMIGOS jagħmlu ħidma missjunarja fil-Kenya

Matul dawn l-aħħar ġimgħat, grupp ta’ żgħażagħ Maltin (AMIGOS), akkumpanjati mill-patrijiet Agostinjani P. Mario Abela OSA u P. Terence Spiteri OSA, għexu esperjenza missjunarja fil-Kenja, fejn offrew il-ħin, it-talenti u l-enerġija tagħhom għas-servizz tal-familji foqra u tal-komunitajiet lokali. P. Mario Abela OSA flimkien mas-Segretarjat Missjonijiet Agostinjani ilhom joffru esperjenza missjunarja liln hinn minn xtutna għal dawn l-aħħar 32 sena f’pajjiżi bħal Brażil, Mozambique, Kenja u Iquitos (Perù). Għal P. Mario

Il-Patrijiet Agostinjani u l-grupp AMIGOS jagħmlu ħidma missjunarja fil-Kenya Kompli aqra »

Il-Missjoni li nwasslu lil Santu Wistin lill-Knisja

Kull sena l-festa ta’ Santu Wistin hija okkażjoni biex infakkru u niċċelebraw figura tant għal qalbna. Aktar minn hekk, hija opportunita biex inħarsu b’sentiment imġedded l-ispirtu u l-mixja mħeġġa tal-fidi li dan il-Qaddis – li aħna nqisuh bħala l-missier spiritwali tagħna – qasam mal-aħwa fil-Knisja. Fil-mixja tiegħu u fl-esperjenza qawwija li għex, insibu l-identità tagħna bħala mgħammdin u bħala Agostinjani. Dan huwa l-ispirtu li mhux biss jispirana biex inġeddu s-sejħa

Il-Missjoni li nwasslu lil Santu Wistin lill-Knisja Kompli aqra »

Scroll to Top