Il-Lajċi Agostinjani jiċċelebraw il-Qaddisin kollha Agostinjani.

Nhar il-Ħamis 13 ta Novembru, il-lajċi li huma midħla tal-Agostinjani, flimkien mal-membri tal- Fraternità Agostinjana Sekulari, nġabru fil-Knisja ta’ San Mark, ir-Rabat biex jiċċelebraw il-festa tal-Qaddisin kollha Agostinjani.

Waqt quddiesa mmexxija mill-Provinċjal P. Leslie Gatt osa, żewġ lajċi, Marcel Zammit Marmara u Maryanne Muscat għamlu l-wegħda lil Alla, biex ikunu membri fil-Fraternità Agostinjana Sekulari.

Wara l- quddiesa l-Lajċi daħlu l-kunvent fejn kellhom mument soċjali flimkien. Inkomplu nitolbu għal aktar vokazzjonijiet fil-frieghi kollha tal-Familja Agostinjana.

Scroll to Top