L-attività missjunarja, li ġejja min-natura tal-Knisja, hija l-pjan t’Alla fid-dinja u fl-istorja, fejn Alla juri l-istorja tas-salvazzjoni. L-attività missjunarja ma tinkludix biss x-xandir tal-Evanġelju kullimkien imma hija wkoll risposta għall-inkulturazzjoni b’rispett għall-kulturi, u bi promozzjoni għad-djalogu veru u kollaborazzjoni sinċiera.
Amigos
Artikli Relatati
Kalendarju tal-Missjonijiet Agostinjani AMIGOS
Amigos Kalendarju 2025Download F’dawn il-jiem qiegħed jitqassam il-kalendarju tal-Missjonijiet Agostinjani 2025. Min ikun jixtieq kopja, jista’ jibgħat email fuq amigos@agostinjani.org…
L-esperjenza missjunarja fil-Możambik
Issa li l-esperjenza ntemmet u kulħadd qed jirritorna lura għar-rutina normali tiegħu nixtiequ nesprimu l-gratitudni tagħna għal dak kollu li…
Is-Segretarjat tal-Missjonijiet Agostinjani (Amigos) għandu l-għan li janima lill-aħwa tal-Provinċja u lil lajċi fuq il-valur tal-missjoni u l-ħidma tal-missjunarji agostinjani fid-dinja. Dan is-segretarjat twaqqaf fuq talba tal-missjunarji stess. L-idea nibtet fl-1993 fil-kunvent ta’ São Paulo il-Brażil, waqt laqgħa bejn il-missjunarji li ħadmu f’dik l-art. Kien magħżul Patri Mario Abela OSA li studja u ħadem fil-Brażil għal ammont ta’ snin.
Fl-1994 Patri Mario beda jiġbor xi żgħażagħ li xtaqu jagħmlu esperjenza missjunarja fis-sajf. L-ewwel grupp kien ta’ ħdax il-persuna. Din il-ħidma kompliet tissaħħa tant li ta’ kull sena grupp ta’ tfajliet u ġuvintur jitilgħu jaħdmu fil-missjoni. Dawn iż-żgħażagħ jiksbu taħriġ dwar il-kultura tal-post u l-lingwa. Il-formazzjoni tingħata permezz ta’ laqgħat, live-ins, attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi, programmi fuq il-media, żjajjar fil-parroċċi, u attivitajiet oħrajn. Biex jilħaq l-għanijiet tiegħu, it-tmexxija tas-Segretarjat hija afdata f’idejn kumitat magħżul mill-membri stess.
Is-Segretarjat Missjonijiet Agostinjani, b’kollaborazzjoni mas-Sorijiet Agostinjani Missjunarji firex ukoll il-ħidma tiegħu għall-Mozambique. Għal sentejn ħadem ukoll fil-Kenja mal-Patrijiet Agostinjani fil-Kenja.