iżda nitolbok fejjaq u iftaħ il‑widnejn tiegħi.
Biex inkun nista’ nisma’ l‑leħen tiegħek.
Jekk titkellem, tkellem għax tħobb...
Minn dan l-għerq, ma tistax tikber jekk mhux l‑imħabba.
Għandha l-idejn biex tgħin lill-oħrajn,
għandha s-saqajn biex tħaffef lejn il-fqar u fil-bżonn.
Għandha l-għajnejn biex tara l-miżerja u l-bżonn.
Għandha l-widnejn biex tisma’ l-uġigħ u n-niket tan-nies.
Din hija l-imħabba.
bis-saħħa kollha tiegħi u f’isem il‑Mulej,
għandi ħbieb ukoll li aċċettaw li jsegwu l-istess ideal.
Qimu f’xulxin lil Alla li tiegħu sirtu għamara mqaddsa.
Aġġornamenti

Iċċelebrata l-Festa ta’ San Martin fil-Baħrija
Bejn il-Ħadd 1 ta’ Novembru u l-Ħadd 8 ta’ Novembru fil-Knisja tal-Baħrija limiti tar-Rabat, ġiet iċċelebrata l-festa ta’ San Martin. Matul il-ġimgħa saru diversi ċelebrazzjonijiet, fosthom ċelebrazzjoni sabiħa għat-tfal tal-lokal, preżentazzjoni tat-trabi u jiem oħra ta’ preparazzjoni. Il-Festa liturġika laħqet il-qofol tagħha nhar is-Sibt permezz ta’ quddiesa Solenni preseduta mil-Pirjol Provinċjali P. Leslie Gatt O.S.A. flimkien mal-Komunità Agostinjana tar-Rabat li sservi f’din il-Knisja. Wara l-quddiesa ħarġet il-purċissjoni bl-istatwa tal-qaddis li

Tifkira tal-Aħwa Agostinjani li telqu qabilna
Fis-6 ta’ Novembru, il-Familja Agostinjana tiċċelebra t-tifkira tar-reliġjużi Agostinjani li għexu qabilna u li llum jistrieħu mal-Mulej. Bi preparazzjoni għal din it-tifkira, il-Ħamis 5 ta’ Novembru fl-10.30am, il-provinċjal flimkien ma diversi aħwa iċċelebra quddiesa fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata li fiha fakkar l-aħwa mejtin. F’kelmtejn li qasam mal-aħwa il-Provinċjal irrifletta fuq il-mistoqsija li Ġesu jagħmel lil Marta wara l-mewt ta’ ħuha: “Temmnu inti dan?” Santu Wistin jinnota li Marta filfatt

Il-Provinċjal jieħu sehem f’laqgħa internazzjonali tal-Ordni
Bejn il-Ħadd 26 u l-Erbgħa 29 ta’ Ottubru, il-Provinċjal, Patri Leslie Gatt O.S.A., ħa sehem fil-laqgħa tas-Superjuri Maġġuri taċ-Ċirkoskrizjonijiet tal-Ordni ta’ Santu Wistin li jitkellmu bil-lingwa Ingliża, li saret fl-Istati Uniti tal-Amerika. Għal din il-laqgħa nġabru superjuri maġġuri mill-Awstralja, l-Ingilterra, l-Indja, l-Irlanda, il-Ġappun, il-Korea, Malta, in-Niġerja, il-Filippini u l-Istati Uniti. Il-laqgħa saret f’Ojai, California, fil-Parroċċa u fil-kampus tal-Villanova Preparatory School. Għaliha attendew ukoll il-Pirjol Ġenerali, Patri Joseph L. Farrell O.S.A.,

Grupp ta’ aħwa Agostinjani jinġabru għal jiem ta’ rtir
Bejn it-12 u s-16 ta’ Ottubru, grupp ta’ aħwa Agostinjani inġabru għal ftit jiem ta’ rtir f’Dar il-Ħanin Sammaritan, f’Santa Venera. Dawn il-jiem offrew opportunita mill-isbaħ biex l-aħwa setgħu jieqfu ftit mir-rutina tal-ħajja u jgħixu mumenti ta’ aktar skiet, talb, riflessjoni u qsim. L-aħwa kienu akkumpanjati minn Fr Kevin Schembri li offra żewġ mumenti ta’ riflessjoni kuljum. Ir-riflessjonijiet offrew mixja li titlaq mir-rikonoxxenza tal-preżenza ta’ Alla li ħabbna u sejħilna
Issieħeb fin-newsletter tagħna
Realtajiet
Komunità tal-Belt Valletta
Komunità tar-Rabat
Knisja tal-Baħrija
Komunità tal-Pietà
Komunità ta' Paceville
Komunità ta' Ħal Tarxien
Komunità tar-Rabat Għawdex

Kulleġġ Santu Wistin

Kampus tas-Sekondarja

Kampus tal-Primarja

Augustinian Youths
Tagaste Youths
Amigos
Millennium Chapel
Kunvent St Rita
Augustinian Institute Malta
Segwina online
Augustinians Malta - Agostinjani
(opens in a new tab)The Order of Hermits of Saint Augustine (Augustinians) is a religious order of brothers (many of whom are ordained priests) within the Catholic Church. The Order was founded in 1256 under the Rule of Saint Augustine.
🥾 What if next summer you took a different kind of journey?
Walk with us towards Santiago de Compostela—a chance to step away from your routine, make new friendships, deepen your faith and discover what a shared journey can bring. 🌿✨
Every step brings a new view, a conversation, a challenge… and a moment to pause and listen.
🇵🇹🇪🇸 Camino Portuguese | Summer 2027
🎥 Watch the video for a glimpse of the experience—and imagine yourself taking the next step!
📩 Interested in joining us? Apply here for more information.
#Camino2027 #caminodesantiago #augustinianyouths #WalkTogether
...
1 CommentsComment on Facebook
Photos from Amigos's post ...


0 CommentsComment on Facebook
Laqgħa ta' talb għall-bżonnijiet tal-vokazzjonijiet Agostinjani.
Nhar il-Ħamis, 12 ta' Novembru, fil-Kappella ta' Santa Rita f'San Ġiljan fis-6pm.
Wara l-laqgħa ser ikun hemm bibita. Trasport ser ikun provdut
Min hu interessat huwa ġentilment mitlub javża lill-Pirjol jew lil min hu responsabbli.
...
0 CommentsComment on Facebook
Ħinijiet tal-Quddies
Parroċċa Santu Wistin – Valletta
| Mit-Tnejn sal-Ġimgħa | 6.00am 7.10am 9.30am 7.15pm |
| Is-Sibt | 6.00am 9.30am 7.15pm |
| Il-Ħadd | 7.30am 9.30am 10.45am 7.15pm |
Knisja San Nikola ta’ Tolentino – Ħal Tarxien
| Mit-Tnejn sal-Ġimgħa | 8.30am |
| Is-Sibt | 8.30am 6.30pm |
| Il-Ħadd | 8.30am 10.00am |
Knisja ta’ San Mark – Rabat
| Mit-Tnejn sas-Sibt | 6.00pm |
| Il-Ħadd | 10.00am |
Knisja San Martin ta’ Tours – Baħrija
| Mit-Tnejn sal-Ġimgħa | 6.00pm (Xitwa) 6.30pm (Sajf) |
| Is-Sibt | 5.30pm (Xitwa) 6.00pm (Sajf) |
| Il-Ħadd | 7.00am 9.00am |
Kappella ta’ Sant’ Antnin Abbati Palazz Verdala – Buskett
| Is-Sibt | 6.30pm |
Knisja tal-Madonna tal-Parir it-Tajjeb – Paceville
| Mit-Tnejn sal-Ġimgħa | 7.30am 6.30pm |
| Is-Sibt | 7.30am 6.30pm |
| Il-Ħadd | 7.30am 9.00am 11.30am (Ingliż) |
Kappella ta’ Santa Rita – San Ġiljan
| Mit-Tnejn sal-Ġimgħa | 8.30am |
| Is-Sibt | 7.00pm |
| Il-Ħadd | 10.00am |
Knisja ta’ Santu Wistin – Rabat Għawdex
| Mit-Tnejn sas-Sibt | 7.00am |
| Il-Ħadd | 7.00am |
