Wara li f’Lulju li għadda  l-kariga ta’ President tal-KSMR (Konferenza Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi)  ġiet vakanti bir-riżenja tal-Provinċjal tal-Kapuċċini Patri Martin Micallef ofm cap;  is-Sibt 9 ta’ Settembru 2017, is-Superjuri Maġġuri Rġiel u Nisa tal-Ordnijiet Reliġjużi f’Malta u f’Għawdex iltaqgħu flimkien biex jivvutaw għal President ġdid tal-KSMR.

F’din l-elezzjoni il-Provinċjal tagħna Patri Raymond Francalanza OSA ġie elett bħala l-President il-ġdid tal-KSMR wara li ġab l-maġġoranza assoluta tal-voti kollha tas-Superjuri Irġiel u Nisa.

Kif intemmet l-elezzjoni, l-Viċi-President tal-KSMR, innotifikat mal-ewwel b’telefonata lil Nunzju Appostoliktu Mons Arċisqof Alessandro D’Errico, lil  Mons Arċisqof Charles J. Scicluna, lil Isqof ta’ Għawdex Mons Mario Grech, lil Vigarju Ġenerali ta’ Malta Mons Joe Galea Curmi, kif ukoll ġew ukoll notifikati persuni oħra li għandhom diversi uffiċċji mportanti fiż-żewġ Djoċesijiet. Fl-aħħarnett ġiet infurmata wkoll il-Konferenza Maġġuri tas-Superjuri Maġġuri tal-Ewropa li għandha s-Sede tagħha f’Ruma.

Waqt li din l-aħbar hi għal Provinċja tagħna aħbar ta’ ġieħ, aħna nifirħu mill-qalb lill-Provinċjal tagħna għal din il-fiduċja li ntweriet fih, waqt li nkomplu inwegħduh it-talb u s-sostenn tagħna.

 

--------------

 

Konferenza Superjuri Maġġuri Reliġjużi - K.S.M.R.

Conference of Religious Major Superiors

 

Il-Kunsill – The Council

 

President KSMR                Rev Dr Ray Francalanza OSA STHD

Email:                               This email address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it.

Indirizz:                            Kunvent San Mark, Triq Santu Wistin, Rabat – RBT1117 – Malta

Kuntatti:                           Telephone - 21224439;  Mobile 79538289

 

Viċi-President                   Sr Rachel Frendo OSA

Email:                               This email address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it.

Indirizz:                            208, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara – BKR 9068

Kuntatti:                           Telephone - 21486238; Mobile  99210355

 

 

Segretarja Ġenerali             Sr Mary Anne Sultana DSH

Email:                               This email address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it.

 

Bursar:                           Sr Carmen Valentino RSCJ

 

Kunsillieri – Councillors      Fr Alexander Vella O.Carm

                                      Fr Frankie Cini MSSP

                                      Fr Michael Bugeja SJ

                                      Sr Pauline Farrugia DSH

                                      Sr Doris Saliba RGS

                                      Sr Carmen Valentino RSCJ

 

Kull Korrispondenza għandha tintbgħat lil - all correspondence should be sent to:

 

Rev Dr Ray Francalanza OSA STHD

President KSMR

Kunvent San Mark

Triq Santu Wistin

Rabat – RBT 1117

Malta



Grupp ta’ Patrijiet Agostinjani matul il-ġimgħa bejn id-19 u 23 ta’ Ġunju nġabru f’Dar Stella Maris fiż-Żebbuġ Għawdex għall-jiem ta’ silenzju u riflessjoni akkumpanjati  minn P. Marcello Ghirlando OFM. Dawn kienu jiem fejn f’ambjent ta’ komunità, l-aħwa miġbura setgħu jirriflettu iktar fuq is-sejħa reliġjuża tagħhom f’relazzjoni mal-Mulej Ġesù, filwaqt li jkomplu jġeddu qalbhom fil-missjoni tagħhom.


Bejn it-Tnejn 19 u l-Ġimgħa 23 ta' Ġunju, P. David Cortis osa u P. Salvinu Caruana osa ħadu sehem fil-Konferenza Intercultural Experience of Pastoral Ministry in a changing Europe - New Forms of Evangelization in the Augustinian Order, li saret f'San Gimignano (FI) fl-Italja. Kienet esperjenza sabiħa u kien hemm 9 kelliema, fosthom P. David li għamel riflessjoni fuq The Augustinian Pastoral Hospitality and Integration of Immigrations/Refugees in Malta. The Church’s Evangelical Service of Love to Strangers.


Nhar l-Erbgħa, 28 ta'Ġunju saret il-Festa Familja Agostinjana fis-Settur tal-Primarja tal-Kulleġġ Santu Wistin fi Triq l-Iskola, fil-Marsa. Fis-6.00 p.m. ġiet iċċelebrata quddiesa u wara l-Provinċjal P. Raymond Francalanza osa qasam xi riflessjonijiet fuq il-kontribut tal-Agostinjani fil-preżent u fil-futur, wara saret Pizza Night.


Waħda mill-ewwel attivitajiet tal-Vok Club tal-Kulleġġ Santu Wistin għas-Sajf 2017 kienet l-A&P Friendship Day. Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Ġunju t-tfal u l-adolexxenti  li pparteċipaw għixu esperjenza ta’ ħbiberija fuq il-passi tal-ħbieb ta’ Santu Wistin - Alipju u Possidju  - ibbażati fuq il-valur Agostinjan tal-ħbiberija. Kienet ġurnata mimlija attivitajiet ta’ formazzjoni, talb, logħob u baħar.


© 2019 agostinjani.org. All Rights Reserved.