Is-26 Ħadd matul is-Sena Liturġika B
Numri 11:25-29; Salm 18; San Ġakbu 5:1-6; San Ġwann 9:38-43.45.47-48
Aqra’: F’dak iż-żmien, Ġwanni qal lil Ġesù: “Mgħallem, wieħed raġel, li s-soltu ma jkunx magħna, rajnieh ikeċċi x-xjaten f’ismek u ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna”. Imma Ġesù qal: “La żżommuhx, le, għax ma hemm ħadd li se jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila jgħid kontra tiegħi. Għax min mhuwiex kontra tagħna, huwa magħna.
Riflessjoni: In-nisrani kultant jaħseb li jinsab miexi waħdu fit-triq li urieħ Kristu u jinkwieta; imma kieku kellu jgħolli għajnejh u jħares madwaru, jinduna li hemm bnedmin oħrajn ġenerużi u sinċiera li mexjin fl-istess triq. Jistagħġeb u jistaqsi lilu nnifsu kif ma ndunax bihom qabel. Jista jkun li ma rahomx qabel għax kellu għajnejh mgħottija bil-velu oħxon tal-preżunzjoni li jaħseb li l-uniku veru dixxiplu huwa hu. L-għira ma ħallitux jagħraf it-tajjeb li jagħmlu dawk li huma differenti minnu. Fil-vanġelu naraw li l-appostli kienu kburin li kienu jappartjenu għall-grupp partikulari. Lil Ġesu qalulu: “ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna”. Preżunzjoni bħal din waslithom biex jemmnu li kienu għedewwa ta’ Kristu dawk li ma kienux jaħsbuha bħalhom kienu għedewwa ta’ Kristu. “Il-kburija għax tappartjeni għall-grupp partikulari hija perikoluża: għax il-membri ta’ dak il-grupp jibdew jaħsbu li huma biss għandhom żelu qaddis…żelu li fil-verita’ jkun qed jaħbi egoiżmu, u nkapaċita’ li jammettu li t-tajjeb jeżisti wkoll barra mill-istruttura reliġjuża li huma jappartjenu għaliha. Ġesu’ jgħallimna li għandna nieħdu gost bit-tajjeb jagħmlu min jagħmlu.
Itlob: Mulej għinna negħlbu l-peġudizzji, l-esklużiviżmu, l-għeluq reliġjuż. Int tħobbna lkoll Mulej, u fuq kull bniedem ixxerred xrar mit-tjubija tiegħek.
Agħmel: Ieqaf ippretendi li kulħadd huwa bħalek, li inti biss tagħmel it-tajjeb u li biex issalva trid tkun fl-għaqda li fiha tinsab int! Tkomplix taħseb li l-verita qegħda kollha f’idejk!