L-Erbatax il-Ħadd ta’ matul is-Sena Liturġika A
Zakk 9, 9-10; Salm 144, Rum 8,9. 11-13;Mt 11, 25-30
Aqra’: Għandna verament għalxiex nifirħu. Alla huwa sultan li jrid il-paċi u mhux il-gwerra fin-nazzjonijiet. Kristu jistedinna immorru għandu meta nħossuna mħabbtin u mtaqqlin, u Huwa jserraħna. Bil-ħidma ta’ l-Ispirtu fina, Alla jagħmilna tiegħu.
Irrifletti: Dawk li għandhom l-Ispirtu ta’ Alla fihom jagħtu sehmhom fil-ħidma ta’ Alla fid-dinja. Jekk għandna l-Ispirtu ta’ Alla, kemm qegħdin nagħmlu tajjeb il-parti tagħna fil-ħidma ta’ Alla…ħidma ta’ mħabba, mogħdrija, ħniena, paċi, ġustizzja….?
Itlob: It-talb tiegħek huwa dejjem lil Alla, Missier Ġesu’ u Missierek, fi Kristu, bil-qawwa ta’ L-Ispirtu s-Santu. It-talb nisrani huwa Trinitarju.
Agħmel: Persuna ta’ qalb ħelwa u umli temfasizza t-tajjeb f’persuna oħra. Persuna supperva dejjem tiffoka fuq dak li huwa ħażin. Ipprattika kif tkun persuna ta’ qalb ħelwa u umli ma’ l-oħrajn, sakemm din issir fik drawwa.