Ilma li jagħti l-ħajja

It-tielet Ħadd tar-Randan Sena A – Il-laqgħa mal-mara Samaritana (Ġwanni 4:5-42)

Ilma li jagħti l-ħajja

L-għatx tal-mara Samaritana huwa simbolu tal-bżonnijiet l-iktar profondi fil-bniedem: il-bżonn tal-paċi, ta’ l-imħabba, tas-serenita, tat-tama, tal-ferħ, tas-sinċerita u tal-bżonn ta’ Alla. Dawn huma il-bżonnijiet li kull bniedem jesperjenza.

L-ilma tal-bir jissimboliżża dak li jipprova jagħmel il-bniedem biex jaqta l-għatx, għatx li l-ebda ħaġa materjali ma tista tissodisfa.

L-ilma ħaj li Ġesu’ jwiegħed huwa tip ta’ ilma ieħor. Huwa l-Ispirtu ta’ Alla. Huwa l-imħabba li timla l-qalb. Dawk li jħallu lilhom infushom jitmexxew mill-Ispirtu ta’ Alla, jkollhom il-paċi u ma jkunu jeħtieġu xejn iktar.

 

Scroll to Top