It-32 Ħadd matul is-Sena Liturġika B
Slaten 17:10-16; Salm 145; Lhud 9:24-28; Mark 12:38-44
Aqra’: F’dak iż-żmien, Ġesù kien qiegħed jgħallem fit-tempju u jgħid: “Iftħu għajnejkom mill-kittieba, li jħobbu jduru mat-toroq bi lbiesi twal, jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez, u fis-sinagogi joqogħdu fis-siġġijiet ta’ quddiem, u fil-postijiet ewlenin fil-pranzijiet; iberbqu ġid ir-romol, u mbagħad għal wiċċ in-nies idumu ħafna jitolbu. Dawn jieħdu kundanna aktar iebsa”. Ġesù kien qiegħed biswit it-teżor, iħares u jara xi flus jitfgħu n-nies fit-teżor. Bosta għonja bdew jitfgħu ħafna. Resqet waħda armla fqira u tefgħet biċċtejn żgħar, jiġifieri xi żewġ ċenteżmi. Hu sejjaħ id-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Tassew ngħidilkom, li din l-armla fqira tefgħet iktar minn dawk kollha li tefgħu fit-teżor. Għax dawk kollha tefgħu miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha, tefgħet kulma kellha, dak kollu li kellha biex tgħix”.
Riflessjoni: F’kuntrast mal-kittieba, li kienu n-nies li jiddominaw fis-soċjeta’ ta’ żmien Ġesu’, l-armla fqira hija mudell ta’ reliġjożita awtentika. Din il-mara għalkemm ma kinitx taf li Ġesu’, qatt ma semgħet it-tagħlim tiegħu, ġabet ruħha b’mod evanġeliku. Ġesu’ kien jgħid: “Meta tagħmel karita’, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom…meta tagħmel karita’ , idek ix-xellugija m’għandhiex tkun taf x’inhi tagħmel il-leminija, biex hekk il-karita’ tiegħek issir fil-moħbi” (Mattew 6:1-4). L-armla hija ppreżentata lilna bħala mudell ta’ mħabba li tħobb lil Alla b’qalbha kollha, b’ruħha kollha, b’moħħha kollu u bil-qawwa tagħha kollha, u lill-proxxmu mingħajr kundizzjoni: “hi fil-faqar tagħha, tefgħet kulma kellha, dak kollu li kellha biex tgħix”. Id-dixxiplu awtentiku mhuwiex wieħed li jirriskja parti minnu jew milli għandu, imma joffri kull ma’ għandu u ħajtu kollha bħal ma għamel l-Imgħallem. Forsi aħna ngħidu: imma dan nuqqas ta’ għaqal. Imma jekk noqogħdu naħsbu nindunaw li mhux hekk. Dawn huma nies li poġġew it-tama tagħhom aktar f’ Alla, milli fir-riżorsi tagħhom. Kienu jemmnu li Alla huwa aqwa mill-kalkoli tagħhom.
Itlob: Mulej saffili l-intenzjonijiet tiegħi, neżżagħni minn kull forma ta’ suppervja, minn kull xewqa li nidher.
Agħmel: L-unika bażi soda tagħna hi li npoġġu l-fidi tagħna f’ Alla. Alla jimpurtah mid-dgħajfa u d-debboli fis-soċjeta’ u għandna