Hu jsejjaħ kull waħda minn nagħaġ tiegħu b’isimha
Ġw 10, 1-10
Aqra’: Il-parabbola ta-ragħaj it-Tajjeb tinvolvi l-fidi. In-nagħaġ jisimgħu leħnu u jimxu warajh. Ir-ragħaj it-tajjeb iwiegħed sigurtà. Jaf lil kulħadd b’ismu. Huwa wkoll il-bieb, li permezz tiegħu bil-fidi, huma jidħlu.
Irrifletti:
Tisimgħu l-leħen tar-Ragħaj it-Tajjeb?
Il-fatt li jafek b’ismek ġġegħlek tħossok tajjeb?
Tħoss lil Mulej jista’ jkun li qed isejjaħlek biex tagħmel xi ħaġa sabiħa għalih u miegħu? Kif ser tinduna b’dan?
Ġieli ħassejt f’qalbek li xi ħaġa li ma tħallikx kwiet u ġġegħelek dejjem tkompli tfittex?
Hemm xi persuni partikulari li tħoss li tista tagħtihom l-għajnuna tiegħek?
Ġili qrajt xi silta fil-Bibbja li ħassejt li qawwietek fil-fidi?
Meta titlob, tħoss li il-Mulej qed jitolbok tagħmel xi ħaġa?
Ġieli ltqajt ma’ xi ħadd li jinkuraġġik fis-sejħa li tħoss li l-Mulej qed jagħmillek?
Tħoss li din il-ħaġa ma tistax tagħmilha waħdek?
Dawn jistgħu jkunu sinjali tar-rieda tal-Mulej għalik. Irrifletti.
Agħmel: Kompli itlob u kellem lil xi ħadd ta’ fiduċja li jista’ jgħinek u jiggwidak eż. xi saċerdot jew gwida spiritwali. Tista’ titlob l-għajnuna billi ċċempel 21222884 u tistaqsi għal Fr. Terence, jew tibgħat email fuq terencespiteri@gmail.com