Ilkoll kemm aħna nistgħu nikkollaboraw bħala għodda f’idejn Alla għall-ħarsien tal-ħolqien..
Is-Seba’ Ħadd tal-Għid – Tlugħ il-Mulej fis-Sema Atti 1:1-11; Salm 46; Efesin 4:1-13; San Mark 16:15-20 Aqra’: Ġesu’ wera ruħu lill-Ħdax u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu” Riflessjoni: X’ried ifisser Ġesu’ meta qal li l-Evanġelju għandu jixxandar lill-“ħolqien kollu”? Ried ifisser żgur “lil kull persuna”, imma mhux biss. Ried jwessa’ l-orizzonti u jikkontempla salvazzjoni li tinfirex ma’ l-univers kollu. Kull ħlejqa hija frott l-imħabba ta’ Alla (Proverbji …