Mulej għinna negħlbu l-peġudizzji, l-esklużiviżmu, l-għeluq reliġjuż. Int tħobbna lkoll, u fuq kull bniedem ixxerred xrar mit-tjubija tiegħek.
Is-26 Ħadd matul is-Sena Liturġika B Numri 11:25-29; Salm 18; San Ġakbu 5:1-6; San Ġwann 9:38-43.45.47-48 Aqra’: F’dak iż-żmien, Ġwanni qal lil Ġesù: “Mgħallem, wieħed raġel, li s-soltu ma jkunx magħna, rajnieh ikeċċi x-xjaten f’ismek u ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna”. Imma Ġesù qal: “La żżommuhx, le, għax ma hemm ħadd li se jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila jgħid kontra tiegħi. Għax min …