Riflessjonijiet u artikli

Huwa jien li qed nopponi is-Saltna tiegħek Mulej?

Ħadd il-Palm Isaija 50:4-7; Salm 21; Filippin 2:6-11; San Luqa 22:14-23:56 Aqra: Meta waslu fil-post jgħidulu l-Qorriegħa, sallbuhom hemm, lilu u lill-ħatja, wieħed fuq il-lemin tiegħu u l-ieħor fuq ix-xellug….Imbagħad Ġesu’ għajjat għajta kbira u qal: “Missier, f’idejk jien nerħi ruħi”. U kif qal hekk, ħarġet ruħu. Riflessjoni: Nhar Ħadd il-Palm tibda l-Ġimgħa Mqaddsa. Għaliex Ġesu’ kellu jmut? X’iġifieri li huwa ssagrifika ħajtu għalina? Minn liema jasar ħelisna meta ħalla …

Huwa jien li qed nopponi is-Saltna tiegħek Mulej? Kompli aqra »

Nitolbu biex aħna nagħrfu li l-akbar dnub tagħna huwa meta nippretendu li aħna aħjar mill-oħrajn.

Il-Ħames Ħadd tar-Randan Sena C Isaija 43:16-21; Salm 125; Filippin 3:8-14; San Ġwann 8:1-11 Aqra’: F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn l-Għolja taż-Żebbuġ. Imma l-għada qabel is-sebħ raġa’ mar fit-tempju, u l-poplu kollu ġie ħdejh, u hu qagħad bilqiegħda jgħallimhom. Imbagħad il-kittieba u l-Fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li kienet inqabdet fl-adulterju. Huma qegħduha fin-nofs u qalulu: “Mgħallem, din il-mara nqabdet fil-fatt fl-adulterju. Issa fil-Liġi tagħna Mosè ordnalna biex nisa bħal …

Nitolbu biex aħna nagħrfu li l-akbar dnub tagħna huwa meta nippretendu li aħna aħjar mill-oħrajn. Kompli aqra »

Look towards Him and be radiant; let your faces not be abashed

4th Sunday of Lent – Year C Josh. 5:9a, 10-12; Psalm 33; 2 Cor. 5:17-21; Lk. 15:1-3, 11-32 Read: “Now the elder son was out in the fields, and on his way back, as he drew near the house, he could hear music and dancing. Calling one of the servants he asked what it was all about. ‘Your brother has come’, replied the servant, ‘and your father has killed the …

Look towards Him and be radiant; let your faces not be abashed Kompli aqra »

Ħarsu lejh u jiddi bil-ferħ wiċċkom, u ma jkollkomx għax tistħu

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena C Ġożwe’ 5,9a,10-12; Salm 33; 2 Kor 5,17-21; Luqa 15,1-3,11-32 Aqra: Mela ibnu l-kbir kien fl-għalqa. Huwa u rieġa’ lura, kif wasal qrib id-dar sama’ daqq u żfin. Sejjaħ wieħed mill-qaddejja u staqsieh dak x’kien. Dak qallu: ‘Hawn ħuk u missierek qatillu l-għoġol l-imsemmen, għax raġa’ kisbu qawwi u sħiħ’. Hu inkorla, u ma riedx jidħol ġewwa, iżda missieru ħareġ jitolbu jidħol. Iżda hu qal lil missieru: ‘Ara, …

Ħarsu lejh u jiddi bil-ferħ wiċċkom, u ma jkollkomx għax tistħu Kompli aqra »

Il-parabbola hija stedina biex nikkunsidraw ir-Randan bħala żmien ta’ grazzja

It-Tielet Ħadd tar-Randan Sena C Eżodu 3:1-8a.13-15; Salm 102; 1 Korintin 10: 1-6.10-12; San Luqa 13:1-9 Aqra’: F’dak iż-żmien, ġew xi wħud għand Ġesù u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom: “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom. Jew dawk it-tmintax-il ruħ li …

Il-parabbola hija stedina biex nikkunsidraw ir-Randan bħala żmien ta’ grazzja Kompli aqra »

Il-Mulej qed jerfagħlna qlubna ‘l fuq lejn id-destinazzjoni aħħarija tagħna

It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena C Ġenesi 15:5-12.17-18; Salm 26; Filippin 3:17-4:1; San Luqa 9:28b-36 Aqra’: F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru, lil Ġwanni u lil Ġakbu, u tala’ fuq il-muntanja biex jitlob. U ġara li huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet u l-ilbiesi tiegħu saru ta’ bjuda li tgħammex. U kien hemm żewġt irġiel jitħaddtu miegħu, Mosè u Elija, li dehru fil-glorja, jitħaddtu fuq it-tmiem ta’ ħajtu li …

Il-Mulej qed jerfagħlna qlubna ‘l fuq lejn id-destinazzjoni aħħarija tagħna Kompli aqra »

Għinni, Mulej, ngħix daż-żmien qaddis li ġej f’riflessjoni matura dwar il-ġenerożita’ tiegħek, il-ħtieġa ta’ bidla radikali.

L-Ewwel Ħadd Tar-Randan Dewteronomju 26:4-10; Salm 90; Rumani  10:8-13; San Luqa 4:1-13 Aqra’: F’dak iż-żmien, Ġesù, mimli bl-Ispirtu s-Santu, raġa’ lura mill-Ġordan u l-Ispirtu ħadu fid-deżert. Hemm għal erbgħin jum Ġesù kien imġarrab mix-Xitan. Matul dawk il-jiem ma kiel xejn; u mbagħad, meta għaddew dawk il-jiem, ħadu l-ġuħ. U x-Xitan qallu: “Jekk inti Bin Alla, għid lil din il-ġebla ssir ħobż”. Wieġbu Ġesù: “Hemm miktub: Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix”. …

Għinni, Mulej, ngħix daż-żmien qaddis li ġej f’riflessjoni matura dwar il-ġenerożita’ tiegħek, il-ħtieġa ta’ bidla radikali. Kompli aqra »

Ġesu’ ma qalilniex nitgħallmu minnu kif nagħmlu l-mirakli. Imma qalilna: “Tgħallmu minni għax jien ta’ qalb ħelwa u umli” (Mt 11, 29)

It-Tmien Ħadd tas-Sena C Bin Sirak 27:5-8; Salm 91; 1 Korintin 15:54-58; San Luqa 6:39-45 Aqra’: F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli din il-parabbola: “Jista’ agħma jmexxi agħma ieħor? Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra? Id-dixxiplu mhuwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu; imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir bħall-imgħallem tiegħu. Għax tara t-tibna f’għajn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? Kif tista’ tgħidlu lil ħuk: ‘Ħi, ejja nneħħilek it-tibna li għandek …

Ġesu’ ma qalilniex nitgħallmu minnu kif nagħmlu l-mirakli. Imma qalilna: “Tgħallmu minni għax jien ta’ qalb ħelwa u umli” (Mt 11, 29) Kompli aqra »

Għinna naqduk dejjem b’qalb kbira.

Is-Seba’ Ħadd matul is-Sena C 1 Samwel 26:2.7-9.12-13.22-23; Salm 102; 1 Korintin 15:45-49; Luqa 6:27-38 Aqra’: F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Imma lilkom, li qegħdin tisimgħuni, ngħidilkom: Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom. Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda, dawwarlu wiċċek ħalli jagħtik fuq in-naħa l-oħra; min jeħodlok il-mantar, anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu. Agħti lil kull min jitolbok; u …

Għinna naqduk dejjem b’qalb kbira. Kompli aqra »

“Int Mulej tgħallimni t-triq tal-ħajja; hemm il-milja tal-ferħ quddiemek, hemm il-għaxqa għal dejjem f’lemintek” (Salm 16,11)

Is-Sitt Ħadd tas-Sena C Ġer 17:5-8; Salm 1:1-2,3,4,6; 1 Kor 15:12,16-20; Lq 6:17,20-26 Aqra’: F’dak iż-żmien, Ġesù niżel mat-Tnax u waqaf f’wita, flimkien ma’ kotra kbira ta’ dixxipli u folla kbira ta’ nies minn kull naħa tal-Lhudija u Ġerusalemm u mix-xtajta ta’ Tir u Sidon. Ġesù rafa’ għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Henjin intom il-foqra, għax tagħkom hija s-Saltna ta’ Alla. Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, għax għad tkunu mxebbgħin. …

“Int Mulej tgħallimni t-triq tal-ħajja; hemm il-milja tal-ferħ quddiemek, hemm il-għaxqa għal dejjem f’lemintek” (Salm 16,11) Kompli aqra »

Scroll to Top