Riflessjonijiet u artikli

Spiritwalità Agostinjana – Kif tkun nisrani dejjem aħjar

Minn Patri Franco Grech – Agostinjan L-ispiritwalità ta’ Santu Wistin hija bbażata fuq il-Kelma ta’ Alla. Hija ma titlobx xi eżerċizzi jew prattiċi reliġjużi speċifiċi. Santu Wistin iħalli lil dak li jkun ħieles li jagħżel metodu ta’ talb li l-iktar iħossu tajjeb għalih. Dawk li jipprattikaw din l-ispiritwalità jiltaqgħu ma’ Alla u jaqdu lil Alla, prinċipalment fin-nies ta’ madwarhom. Din l-ispiritwalità tinfluwenza l-ħajja ta’ kuljum. F’din l-ispiritwalità hemm l-għarfien tad-dipendenza

Spiritwalità Agostinjana – Kif tkun nisrani dejjem aħjar Kompli aqra »

Esperjenza vokazzjonali ftit aktar fit-tul

X’tixtieq minn ħajtek? Kif timmagina lilek innifsek fi żmien 5 jew 10 snin oħra? Dawn kieku żewġ mistoqsijiet li nista’ ngħid li ċaqalquni meta kont affrontat bihom. Kienu żewġ mistoqsijiet li l-imgħallem tiegħi fuq il-post tax-xogħol kien staqsieni waqt business-meeting u evalwazzjoni personali. Kieku mistoqsijiet li ftit ħsibt fuqhom u allura injorajthom.

Esperjenza vokazzjonali ftit aktar fit-tul Kompli aqra »

Scroll to Top