Aħna responsabbli għal xulxin
It-23 Ħadd tas-Sena Liturġika Sena A Eż. 33, 7-9; Salm 94; Rum 13, 8-10; Mt 18, 15-20 Aqra: Aħna mibgħutin biex inħobbu lill-proxxmu tagħna. Ġesu’ jitkellem dwar il-bżonn li nkunu impenjati biex inġibu ‘l quddiem il-ġid tal-aħwa. Ngħinu lil xulxin biex ngħarfu u nikkoreġu l-iżbalji tagħna. Ġesu’ qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu”. Irrifletti: Aħna responsabbli għal xulxin. Li tkun responsabbli għall-oħrajn huwa …