Riflessjonijiet u artikli

Itlob għall-perseveranza fil-fidi u fil-missjoni li Alla afdalek

Mhux diffiċli li temmen daqs kemm li tibqa’ temmen Għerf 6:12-16; Salm 62; Tess. 4:13-18; Matt 25:1-13 Aqra’: “L-għerf jiddi, bla qatt ma jnemnem, malajr jagħrfuh dawk li jħobbuh, u jsibuh dawk li jfittxuh”. Bl-istess mod irridu nibqgħu nittamaw li: “Jekk aħna nemmnu li Ġesu’ miet u qam mill-imwiet, hekk ukoll Alla jiġbor miegħu lil dawk li raqdu f’Ġesu’”. Fl-Evanġelju Ġesu’ jgħid il-parabbola tal-għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex […]

Itlob għall-perseveranza fil-fidi u fil-missjoni li Alla afdalek Kompli aqra »

Il-liturġija ta’ din il-festa tistedinna biex nirriflettu fuq il-proposti ta’ barkiet magħmulin minn Ġesu’

Il-Qaddisin kollha Apok 7, 2-4, 9-14; Salm 23; 1 Ġw 3. 1-3; Mt 5, 1-12a Aqra’: Id-diskors tal-muntanja. Il-bnedmin il-ħienja. Ġesu’ jiġbor fil-qosor il-messaġġ li ġie biex iwasslilna, u jxandar min huma dawk li huma hienja tabilħaqq. Il-ħajja tassew qaddisa tinsab filli wieħed igħix fl-ispirtu ta’ dan il-messaġġ. Itlob: Iktar minn muntanja vera, il-“muntanja” fil-Bibbja tirreferi għal spazju u ħin meta niddisponu ruħna biex niltaqgħu mal-Mulej, u naċċettaw il-Kelma tiegħu.

Il-liturġija ta’ din il-festa tistedinna biex nirriflettu fuq il-proposti ta’ barkiet magħmulin minn Ġesu’ Kompli aqra »

L-imħabba u l-ġustizzja għandhom jimmarkaw l-azzjonijiet kollha tagħna.

It-30 Ħadd tas-Sena Liturġika A Eż. 22: 20-26; Salm 17; 1 Tess. 1: 5c-10; Mt. 22: 34-40 Aqra’: L-awtoritajiet reliġjużi ta’ żmien Ġesu’, kienu jippruvaw jagħmlu minn kollox biex jaqbdu lil Ġesu’ f’nasba ħalli jeħilsu minnu. Din id-darba jistaqsuh mistoqsija reliġjuża rigward il-liġi li għanda implikazzjonijiet politiċi, u li huma mbagħad setgħu juża kontrih. Imma Hu jwieġibhom bi prinċipju li huwa validu kemm fil-qasam reliġjuż u f’kemm dak ċivili. Il-liġi

L-imħabba u l-ġustizzja għandhom jimmarkaw l-azzjonijiet kollha tagħna. Kompli aqra »

Ħa nitolbu li l-ġustizzja ssaltan f’artna billi nibdew nħaddmuha aħna stess kull fejn inkunu.

Id-29 Ħadd matul is-sena liturġika A Is 45, 1, 4-6; Salm 95; 1 Tess 1, 1-5b; Mt 22, 15-21 Aqra’: L-ostilita’ bejn Ġesu’ u l-awtoritajiet reliġjużi kienet dejjem tikber ġurnata b’ġurnata. Minħabba dan, il-Fariżej ikkonfoffaw ma’ l-Erodjani kif inassu lil Ġesu’ biex jeħilsu minnu. Ippruvaw jaqbduh f’nasba b’mistoqsija li kienet ser timplikah jew fi kwistjoni reliġjuża jew fi kwistjoni politika. Ġesu’ joħroġ min-nasba bl-akbar għaqal. Irrifletti: Kieku wieħed kellu jwieġeb

Ħa nitolbu li l-ġustizzja ssaltan f’artna billi nibdew nħaddmuha aħna stess kull fejn inkunu. Kompli aqra »

Illum tista tkun ġurnata tajba li ngħidu talba ta’ ringrazzjament lill-Mulej

It-28 Ħadd matul is-Sena A Is 25, 6-10a; Salm 22; Fil 4, 12-14, 19-20; Mt 22, 1-14 Aqra’: Ġesu’ jippreżenta s-salvazzjoni taħt għamla ta’ festa ta’ tieġ. Il-mistiedna għal dan it-tieġ ma ġewx għal din il-festa u ppreferew ikomplu b’ħajjithom. Xi wħud użaw anke vjolenza mal-qaddejja li bgħatlihom is-sultan, u saħansita qatluhom. B’rabja kbira, is-Sultan bagħat is-suldati tiegħu, qered ‘il dawk il-qattiela, u reġa’ bagħat il-qaddejja tiegħu biex jistiednu lil

Illum tista tkun ġurnata tajba li ngħidu talba ta’ ringrazzjament lill-Mulej Kompli aqra »

Kieku kellu jiġi bħalissa iben is-sid tal-għalqa, Ġesu, ifittex il-frott, x’se jsib?

Is-27 Ħadd matul is-sena Liturġika A Isaija 5:1-7; Salm 79; Fil 4:6-9; Mt 21:33-43 Aqra’: “Kien hemm wieħed, sid ta’ għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha torri; u qabbilha lil xi bdiewa”. Il-Mulej jgħid: “X’kien fadalli nagħmel għall-għalqa tiegħi u ma għamiltux?” Irrifletti: Waħda minn dawk id-dwieli huwa jien jew int. Il-Mulej ħawwilna fil-għalqa tiegħu, il-Knisja, nhar il-magħmudija tagħna. Waqt l-Ewkaristija imantniena. Nhar

Kieku kellu jiġi bħalissa iben is-sid tal-għalqa, Ġesu, ifittex il-frott, x’se jsib? Kompli aqra »

Fis-skiet ta’ qalbek, għaraf li inti midneb u għandek bżonn il-ħniena ta’ Alla

Is-26 Ħadd matul is-sena Liturġika A Eż 18, 25-28; Salm 24, Fil 2, 1-11; Mt 21, 28-32 Aqra’: Intom x’jidhrilkom? – staqsa Ġesu’ – Min minnhom it-tnejn għamel ir-rieda tal-Missier? L-Iben li lil missieru qallu li kien se jmur jaħdem fl-għalqa tad-dwieli u ma mar xejn, jew l-ieħor li qallu li ma riedtx imur, imma mbagħad mar? Irrifletti: Il-publikani u n-nisa tat-triq jistgħu jkunu miftuħin iżjed minnkom – nies tal-knisja!

Fis-skiet ta’ qalbek, għaraf li inti midneb u għandek bżonn il-ħniena ta’ Alla Kompli aqra »

Għaliex issibha diffiċli tieħu gost bix-xorti tajba ta’ xi ħaddieħor?

Il-25 Ħadd matul is-Sena Liturġika A Is. 55, 6-9; Salm 144; Fil. 1,20c-24,27a; Mt. 20, 1-16a. Aqra’: “Jew qiegħed tgħir għax jien qalbi tajba”. Innota l-karattri u r-reazzjonijiet tagħhom fil-parabbola tal-ħaddiema fl-għalqa tad-dwieli. Irrifletti: Għaliex issibha diffiċli tieħu gost bix-xorti tajba ta’ xi ħaddieħor? In-nies jgħiru meta jaħsbu li xi ħadd għandu xi ħaġa li tappartjeni lilhom…jew sempliċement għax jixtiequ dak li ħaddieħor għandu. X’inhi r-reazzjoni tiegħek għal din il-parabbola?

Għaliex issibha diffiċli tieħu gost bix-xorti tajba ta’ xi ħaddieħor? Kompli aqra »

Why do you find it difficult to rejoice at the good fortune of others?

25th Sunday of the Year (A) Is. 55: 6-9; Psalm 144; Fil. 1,20c-24,27a; Mt. 20: 1-16a Read: “Are you being envious because I am generous?”. Take note of the characters and the reactions of those in the parable of the workers in the vineyard. Reflect: Why do you find it difficult to rejoice at the good fortune of others? People are jealous when they think that somebody else has possession

Why do you find it difficult to rejoice at the good fortune of others? Kompli aqra »

Ersaq lejn l-oħrajn b’imħabba u kompassjoni tal-qalb

L-24 Ħadd matul is-Sena Liturġika A Sir 27, 33-28,9; Salm 102; Rum 14, 7-9; Mt 18, 21-35. Aqra’: Sew jekk ngħixu, sew jekk immutu, aħna tal-Mulej. Għalhekk, mibegħda u għadab, dawn kollha ta’ min jistmerrahom. Jekk Alla juri ħniena magħna, aħna għandna nuru ħniena mal-oħrajn, kif tgħidilna l-parabbola tal-qaddej li ma ħafirx. Itlob: Itlob għall-grazzja ta’ l-umilta’ biex tilqa’ il-ħniena ta’ Alla, u taqsam din il-ħniena ma’ l-oħrajn. Ftakar f’dawk

Ersaq lejn l-oħrajn b’imħabba u kompassjoni tal-qalb Kompli aqra »

Scroll to Top