Franco Grech osa

Riflessjonijiet u artikli miktuba minn P. Franco Grech osa

 

Nitolbu lil Ġesu’ jiġi, iġedded lill-qalbna, u jagħmel li qalbna ġġorr il-ferħ

It-Tielet Ħadd ta’ l-Avvent Sena B Is 61, 1-2a, 10-11; Lq 1, 46-50, 53-54; 1 Tess 5, 16-24; Ġw 1, 6-8, 19-28 Aqra’: “Nifraħ fuq li nifraħ bil-Mulej, taqbeż bil-ferħ ruħi b’ Alla tiegħi”. “L-Ispirtu tiegħi jifraħ f’ Alla, is-Salvatur tiegħi”. “Ifirħu dejjem, itolbu bla heda, iżżu ħajr lil Alla f’kollox”. “Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni. Dan ġie bħala xhieda, biex jixhed għad-dawl, biex bih kulħadd jemmen. …

Nitolbu lil Ġesu’ jiġi, iġedded lill-qalbna, u jagħmel li qalbna ġġorr il-ferħ Kompli aqra »

Il-Mulej ġej jiltaqa’ magħna biex jibdilna

It-Tieni Ħadd ta’ l-Avvent Sena B Is 40, 1-5, 9-11; Salm 84; 2 Piet 3, 8-14; Mk 1, 1-8 Aqra’: “Ħejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu”. Itlob: Aħna lill-Mulej ġieli warabnieh u ħallejnieh barra minn ħajjitna, mill-ambjenti tagħna fejn ngħixu, naħdmu, nistudjaw, niddevertu. F’dan l-Avvent ħa nitolbu lill-Mulej jerġa jiġi lura f’ħajjitna għax għandna bżonnu iktar minn qatt qabel. Irrifletti: Is-sejħa li qed issirilna f’dan l-Avvent: “Ħejju t-triq tal-Mulej iddrrittaw …

Il-Mulej ġej jiltaqa’ magħna biex jibdilna Kompli aqra »

Itlob biex qatt ma jiġrilek li l-Mulej ikun fostna u int ma tagħarfux

L-Ewwel Ħadd ta’ l-Avvent Sena B Is 63, 16b-17.19b; 64, 1-7; Salm 79; 1 Kor 1,3-9; Mk 13,33-37 Aqra’: Mulej mhux li kont iċċarrat is-smewwiet u tinżel minn hemm! Ishru, għax ma tafux meta jerġa’ jiġi sid id-dar. Alla jżomm kelmtu! Itlob: Itlob biex qatt ma jiġrilek li l-Mulej ikun fostna u int ma tagħarfux, li jiġi jħabbatlek u int ma tisimgħux. Irrifletti: F’dan iż-żmien ta’ l-Avvent, il-Knisja tfakkarna li …

Itlob biex qatt ma jiġrilek li l-Mulej ikun fostna u int ma tagħarfux Kompli aqra »

Itlob li bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu, tagħraf il-persuni li huma fil-bżonn.

Sidna Ġesu’ Kristu, Sultan tal-Ħolqien kollu Eż 34, 11-12. 15-17; Salm 22; 1 Kor 15, 20-26. 28; Mt 25, 31-46 Aqra’: L-Evanġelju jippreżentalna l-Ġudizzju Universali fejn Kristu, l-Imħallef, jesponi r-ruħ tagħna lilna. Kristu Sultan jagħtina finalment is-Saltna tal-Missier, wara li rebaħ il-mewt darba għal dejjem. San Mattew jurina li l-kriterju biex nidħlu fil-ħajja ta’ dejjem huwa l-mod kif inkunu ġibna ruħna ma’ ħaddieħor. Itlob: Itlob li bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu, …

Itlob li bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu, tagħraf il-persuni li huma fil-bżonn. Kompli aqra »

Ikteb tliet talenti li Alla tak. Aħseb kif tista tkabbarhom għas-servizz ta’ Alla u tal-Poplu tiegħu

It-33 Ħadd ta’ matul is-Sena Liturġika A Mhuwiex dak li wieħed jirċievi li jgħodd, imma x’jagħmel b’dak li jkun irċieva Prov 31, 10-13. 19-20, 30-31; Salm 127; 1Tess 5, 1-6; Mt 25, 14-30 Aqra’: Il-parabbola tat-talenti turi kif meta jkollna atitudni tajba, din tiġi ppremjata mill-Mulej. Dawk li għandhom ruħhom b’saħħitha m’għandhomx għalfejn jibżgħu mit-tieni miġja tal-Mulej u mill-Ġudizzju.  Itlob: Itlob li jkollok atitudni tajba tal-qalb li togħġob lil Alla …

Ikteb tliet talenti li Alla tak. Aħseb kif tista tkabbarhom għas-servizz ta’ Alla u tal-Poplu tiegħu Kompli aqra »

Itlob għall-perseveranza fil-fidi u fil-missjoni li Alla afdalek

Mhux diffiċli li temmen daqs kemm li tibqa’ temmen Għerf 6:12-16; Salm 62; Tess. 4:13-18; Matt 25:1-13 Aqra’: “L-għerf jiddi, bla qatt ma jnemnem, malajr jagħrfuh dawk li jħobbuh, u jsibuh dawk li jfittxuh”. Bl-istess mod irridu nibqgħu nittamaw li: “Jekk aħna nemmnu li Ġesu’ miet u qam mill-imwiet, hekk ukoll Alla jiġbor miegħu lil dawk li raqdu f’Ġesu’”. Fl-Evanġelju Ġesu’ jgħid il-parabbola tal-għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex …

Itlob għall-perseveranza fil-fidi u fil-missjoni li Alla afdalek Kompli aqra »

Il-liturġija ta’ din il-festa tistedinna biex nirriflettu fuq il-proposti ta’ barkiet magħmulin minn Ġesu’

Il-Qaddisin kollha Apok 7, 2-4, 9-14; Salm 23; 1 Ġw 3. 1-3; Mt 5, 1-12a Aqra’: Id-diskors tal-muntanja. Il-bnedmin il-ħienja. Ġesu’ jiġbor fil-qosor il-messaġġ li ġie biex iwasslilna, u jxandar min huma dawk li huma hienja tabilħaqq. Il-ħajja tassew qaddisa tinsab filli wieħed igħix fl-ispirtu ta’ dan il-messaġġ. Itlob: Iktar minn muntanja vera, il-“muntanja” fil-Bibbja tirreferi għal spazju u ħin meta niddisponu ruħna biex niltaqgħu mal-Mulej, u naċċettaw il-Kelma tiegħu. …

Il-liturġija ta’ din il-festa tistedinna biex nirriflettu fuq il-proposti ta’ barkiet magħmulin minn Ġesu’ Kompli aqra »

L-imħabba u l-ġustizzja għandhom jimmarkaw l-azzjonijiet kollha tagħna.

It-30 Ħadd tas-Sena Liturġika A Eż. 22: 20-26; Salm 17; 1 Tess. 1: 5c-10; Mt. 22: 34-40 Aqra’: L-awtoritajiet reliġjużi ta’ żmien Ġesu’, kienu jippruvaw jagħmlu minn kollox biex jaqbdu lil Ġesu’ f’nasba ħalli jeħilsu minnu. Din id-darba jistaqsuh mistoqsija reliġjuża rigward il-liġi li għanda implikazzjonijiet politiċi, u li huma mbagħad setgħu juża kontrih. Imma Hu jwieġibhom bi prinċipju li huwa validu kemm fil-qasam reliġjuż u f’kemm dak ċivili. Il-liġi …

L-imħabba u l-ġustizzja għandhom jimmarkaw l-azzjonijiet kollha tagħna. Kompli aqra »

Ħa nitolbu li l-ġustizzja ssaltan f’artna billi nibdew nħaddmuha aħna stess kull fejn inkunu.

Id-29 Ħadd matul is-sena liturġika A Is 45, 1, 4-6; Salm 95; 1 Tess 1, 1-5b; Mt 22, 15-21 Aqra’: L-ostilita’ bejn Ġesu’ u l-awtoritajiet reliġjużi kienet dejjem tikber ġurnata b’ġurnata. Minħabba dan, il-Fariżej ikkonfoffaw ma’ l-Erodjani kif inassu lil Ġesu’ biex jeħilsu minnu. Ippruvaw jaqbduh f’nasba b’mistoqsija li kienet ser timplikah jew fi kwistjoni reliġjuża jew fi kwistjoni politika. Ġesu’ joħroġ min-nasba bl-akbar għaqal. Irrifletti: Kieku wieħed kellu jwieġeb …

Ħa nitolbu li l-ġustizzja ssaltan f’artna billi nibdew nħaddmuha aħna stess kull fejn inkunu. Kompli aqra »

Illum tista tkun ġurnata tajba li ngħidu talba ta’ ringrazzjament lill-Mulej

It-28 Ħadd matul is-Sena A Is 25, 6-10a; Salm 22; Fil 4, 12-14, 19-20; Mt 22, 1-14 Aqra’: Ġesu’ jippreżenta s-salvazzjoni taħt għamla ta’ festa ta’ tieġ. Il-mistiedna għal dan it-tieġ ma ġewx għal din il-festa u ppreferew ikomplu b’ħajjithom. Xi wħud użaw anke vjolenza mal-qaddejja li bgħatlihom is-sultan, u saħansita qatluhom. B’rabja kbira, is-Sultan bagħat is-suldati tiegħu, qered ‘il dawk il-qattiela, u reġa’ bagħat il-qaddejja tiegħu biex jistiednu lil …

Illum tista tkun ġurnata tajba li ngħidu talba ta’ ringrazzjament lill-Mulej Kompli aqra »

Scroll to Top