Franco Grech osa

Riflessjonijiet u artikli miktuba minn P. Franco Grech osa

 

Id-dielja ma tagħmilx għeneb għaliha nfisha, imma għal ħaddeħor…

Il-Ħames Ħadd tal-Għid Atti 9:26-31; Salm 21(22) ; 1 San Ġwann 3:18-24; San Ġwann 15:4-5b Aqra’: Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott hu jneħħiħa; u kull waħda li tagħmel il-frott inaddafha, biex tagħmel frott aktar….Jekk tibqgħu fija u kliemi jibqa’ fikom, itolbu kull ma tridu, u dan ikun mogħti lilkom. B’dan jissebbaħ Missieri, li tagħmlu ħafna frott u hekk tkunu dixxipli tiegħi. Riflessjoni: …

Id-dielja ma tagħmilx għeneb għaliha nfisha, imma għal ħaddeħor… Kompli aqra »

Inti ssejħilna b’isimna u tistedinna biex nimxu warajk billi naqdu lil xulxin, nitolbuk tgħinna Mulej biex inkomplu nwieġbu għal din is-sejħa.

Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid Atti 4:8-12; Salm 117; 1 San Ġwann 3:1-2; San Ġwann 10:11-18 Aqra’: Jiena r-ragħaj it-tajjeb; jiena nagħraf in-nagħaġ tiegħi, u n-nagħaġ tiegħi jgħarfu lili, bħalma l-Missier jagħraf lili u jiena nagħraf lill-Missier; u għan-nagħaġ tiegħi nagħti ħajti. Riflessjoni: Dak li r-ragħaj it-Tajjeb hu għan-nagħaġ tiegħu, Ġesu’ huwa għalina. Meta qal li hu r-ragħaj it-tajjeb – dak li hu tajjeb tassew – fehem igħid li hu ma kienx …

Inti ssejħilna b’isimna u tistedinna biex nimxu warajk billi naqdu lil xulxin, nitolbuk tgħinna Mulej biex inkomplu nwieġbu għal din is-sejħa. Kompli aqra »

Imberkin huma dawk li jistgħu juru lil Alla idejhom u riġlejhom immarkati b’atti ta’ mħabba.

It-Tielet Ħadd ta’ l-Għid Sena B Atti 3:13-15.17-19; Salm 4; 1 San Ġwann 2:1-5a; Luqa 24:35-48 Aqra’: Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma. Iżda hu qalilhom: “Għaliex tħawwadtu? Għaliex dan it-tħassib kollu f’qalbkom? Araw idejja u riġlejja. Jiena hu! Missuni, u ifhmuha li l-ispirtu ma għandux laħam u għadam bħalma qegħdin taraw li għandi …

Imberkin huma dawk li jistgħu juru lil Alla idejhom u riġlejhom immarkati b’atti ta’ mħabba. Kompli aqra »

“Henjin dawk li ma rawx u emmnu”

It-Tieni Ħadd ta’ l-Għid Sena B Atti 4:32-35; Salm 117; 1 San Ġwann 5:1-6; San Ġwann 20:19-31 Aqra’: Wieġeb Tumas u qallu: “Mulej tiegħi u Alla tiegħi!” Qallu Ġesù: “Emmint għax rajtni! Henjin dawk li ma rawx u emmnu.” Irrifletti: L-Evanġelista San Ġwann jippreżentana lil San Tumas bħala simbolu ta’ kull dixxiplu li jkollu difikulta’ biex jemmen. San Ġwann irid jgħallem lill-insara ta’ żmienu, u lilna, li l-Irxoxt imur lil …

“Henjin dawk li ma rawx u emmnu” Kompli aqra »

Dawn iż-żewġ dixxipli kellhom issa jkunu xhieda tal-Qawmien mill-Mulej.

Il-Qawmien tal-Mulej mil-Imwiet Atti 10:34, 37-43; Salm 117; Kolossin 3:1-4; Ġwanni 20:1-10 Aqra’: Pietru u d-dixxiplu l-ieħor ħarġu u ġew ħdejn il-qabar. It-tnejn ġrew flimkien, imma d-dixxiplu l-ieħor ħaffef aktar minn Pietru u laħaq qablu ħdejn il-qabar. Tbaxxa, u ra l-faxex ta’ l-għażel imqiegħda hemm, iżda ma daħalx. Mbagħad wasal warajh Xmun Pietru, daħal fil-qabar, u ra l-faxex ta’ l-għażel imqiegħda hemm, u l-maktur li kien madwar rasu; dan ma …

Dawn iż-żewġ dixxipli kellhom issa jkunu xhieda tal-Qawmien mill-Mulej. Kompli aqra »

Mulej għallimna narawk imsallab f’kull persuna mwarrba u mweġġa; imneżża mid-dinjita’ tagħha, emarġinata u mkissra.

Ħadd il-Palm: Bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa Isaija 50:4-7; Salm 21; Filippin 2:6-11; Mark 14:1 – 15:47 Aqra’: U wasslu lil Ġesu’ f’post jismu Golgota, li jfisser post il-Qorriegħa. U tawh jixrob inbid imħallat bil-mirra, imma hu ma riedtx jieħu minnu. Imbagħad sallbuh. Riflessjoni: Matul il-Ġimgħa Imqaddsa, aħna msejħin biex nikkontemplaw ix-xbieha ta’ Ġesu’ fuq is-Salib. Li tikkontempla s-salib ma jfissirx li inti qed tbaxxi rasek quddiem oġġett materjali. Lanqas ma jfisser …

Mulej għallimna narawk imsallab f’kull persuna mwarrba u mweġġa; imneżża mid-dinjita’ tagħha, emarġinata u mkissra. Kompli aqra »

Nixtiequ naraw lil Ġesù

Il-Ħames Ħadd tar-Randan Ġeremija 31, 31-34; Salm 50; Lhud 5, 7-9; Ġwanni 12, 20-33 Aqra’: F’dak iż-żmien: Fost dawk li telgħu Ġerusalemm biex jagħtu qima ‘l Alla fil-festa kien hemm xi Ġriegi. Dawn marru għand Filippu…u talbuh: “Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesu’”…. U Ġesu’ weġibhom: “Waslet is-siegħa li fiha Bin il-bniedem għandu jkun igglorifikat. Fis-sewwa, fis-sewwa ngħidlkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa weħidha; imma jekk …

Nixtiequ naraw lil Ġesù Kompli aqra »

Ħa nersqu lejn id-dawl biex nuru li hemm Alla f’għemilna, billi nagħmlu dak li hu sewwa

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B 2 Kronaki 36:14-16.19-23; Salm 136; Efesin 2:4-10; San Ġwann 3:14-21 Aqra’: Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Riflessjoni: “Minn hemm għandu jiġi biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin”. Hekk nistqarru meta ngħidu l-Kredu ta’ l-Appostli. Biss qatt staqsejna lilna nfusna xi tfisser “minn hemm għandu jiġi”. Meta ngħidu “Min hemm, minn fejn?” Probabilment ma staqsejniex …

Ħa nersqu lejn id-dawl biex nuru li hemm Alla f’għemilna, billi nagħmlu dak li hu sewwa Kompli aqra »

Il-laqgħa tagħna ma’ Alla mhux ser tkun iżjed f’post partikulari, imma f’tempju ġdid: il-ġisem ta’ Kristu rxuxtat.

It-Tielet Ħadd tar-Randan Eżodu 20:1-17; Salm 18; 1 Kor 1:22-25; Ġw 2:13-25 Aqra’: Imbagħad il-Lhud qabdu u qalulu: “X’sinjal se turina li inti tista’ tagħmel dan?” Ġesù weġibhom: “Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem jien nerġa’ ntellgħu”. Għalhekk il-Lhud qalulu: “Dan it-tempju ħa sitta u erbgħin sena biex inbena, u int se ttellgħu fi tlitt ijiem?” Iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu. Riflessjoni: Dak li għamel Ġesu’ fit-tempju …

Il-laqgħa tagħna ma’ Alla mhux ser tkun iżjed f’post partikulari, imma f’tempju ġdid: il-ġisem ta’ Kristu rxuxtat. Kompli aqra »

Meta nħossuna qed naqtgħu qalbna, ħa ndawru l-ħarsa tagħna lejn il-wiċċ jiddi ta’ Ġesu’.

It-tieni Ħadd tar-Randan Sena B Ġenesi 22:1-2.9a. 10-13.15-18; Salm 115; Rumani 8:31b-34; San Mark 9:2-10 Aqra’: Ġesu’ ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom waħedihom fuq mintanja għolja, u tbiddel quddiemhom. Ilbiesu sar abjad jgħammex b’dija tal-għaġeb…Imbaghad ġiet sħaba u għattiehom, u min ġos-sħaba nstama’ leħen jgħid: “Dan hu Ibni l-għażiż, isimgħu lilu”. Riflessjoni: Fis-silta tal-Evanġelju tal-lum tat-Trasfigurazzjoni, Ġesu’ qed juri s-sbuħija u l-glorja tiegħu  biex …

Meta nħossuna qed naqtgħu qalbna, ħa ndawru l-ħarsa tagħna lejn il-wiċċ jiddi ta’ Ġesu’. Kompli aqra »

Scroll to Top