Franco Grech osa

Riflessjonijiet u artikli miktuba minn P. Franco Grech osa

 

Mulej, ħaddanna bejn dirgħajk, kif għamilt lil dak it-tifel ċkejken u għallimna nilqgħu lilek

Il-25 Ħadd matul is-Sena Liturġika B Għerf 2:12.17-20; Salm 53; San Ġakbu 3:16-4:3; San Mark 9:30-37 Aqra’: Waslu Kafarnahum; u meta kienu d-dar staqsiehom: “X’kontu qegħdin titħaddtu bejnietkom fit-triq?”. Iżda huma baqgħu siekta, għax fit-triq kienu qagħdu jitħaddtu bejniethom fuq min kien l-akbar. Imbagħad qagħad bilqiegħda, sejjaħ it-Tnax, u qalilhom: “Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed, għandu joqgħod wara kulħadd u jkun qaddej ta’ kulħadd”. U ressaq lejh tfajjel …

Mulej, ħaddanna bejn dirgħajk, kif għamilt lil dak it-tifel ċkejken u għallimna nilqgħu lilek Kompli aqra »

Li ġġorr is-salib wara Ġesu’ tfisser li d-dixxiplu jagħmel minnu nnifsu servizz għall-oħrajn

L-24 Ħadd matul is-Sena Liturġika B Isaija 50:5-9a; Salm 114; San Ġakbu 2:14-18;San Mark 8:27-35 Aqra’: Ġesu’ Sejjaħ lejh in-nies flimkien mad-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi u tal-Evanġelju, isalvaha. Għax x’jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu?”. Riflessjoni: “Jiċħad lilu nnifsu, …

Li ġġorr is-salib wara Ġesu’ tfisser li d-dixxiplu jagħmel minnu nnifsu servizz għall-oħrajn Kompli aqra »

Agħtini, O Mulej, qalb li tisma’ kelmtek!

It-23 Ħadd matul is-Sena Liturġika B Isaija 35:4-7a; Salm 145; San Ġakbu 2:1-5; San Mark 7:31-37 Aqra’: Għidu lil dawk b’qalbhom imbeżżgħa: “Agħmlu l-ħila, la tibżgħux! Araw, Alla tagħkom ġej jitħallas; il-ħlas ta’ Alla wasal; hu stess ġej biex isalvakom”. Imbagħad jinfetħu għajnejn l-għomja, jinfetħu widnejn it-torox. Imbagħad iz-zopp jaqbeż bħal għażżiela u lsien l-imbikkma jinħall bil-ferħ. Iva, igelgel l-ilma fid-deżert, u l-widien fix-xagħri.L-art maħruqa tinbidel f’għadira, u l-art niexfa …

Agħtini, O Mulej, qalb li tisma’ kelmtek! Kompli aqra »

Ħa nfaħħru u nqimu lill-Mulej bi kliemna u b’għemilna, f’kull ħin ta’ ħajjitna, b’kull mod possibli…

It-22 Ħadd matul is-Sena Liturġika B Dewteronomju 4:1-2.6-8; Salm 14; San Ġakbu 1:17-18.21b-22.27; San Mark 7:1-8.14-15.21-23 Aqra’: Ġesu’ weġibhom: “Sewwa ħabbar Iżaija fuqkom, ja nies ta’ wiċċ b’ieħor, bħalma hu miktub: ‘Dan il-poplu bix-xufftejn biss jagħtini ġieħ, imma qalbhom hija ’l bogħod minni. Fiergħa hi l-qima li jagħtuni; jgħallmu duttrina li mhijiex għajr preċetti tal-bnedmin’. Hekk intom, twarrbu l-kmandamenti ta’ Alla biex tħaddnu t-tradizzjoni tal-bnedmin”. Riflessjoni: L-Evanġelista San Mark iwasslilna …

Ħa nfaħħru u nqimu lill-Mulej bi kliemna u b’għemilna, f’kull ħin ta’ ħajjitna, b’kull mod possibli… Kompli aqra »

Mulej l-aħħar kelma hi tiegħek. Kompli kellimna…

Il-21 Ħadd matul is-Sena Liturġika B Ġożwe’ 24:1-2a.15-17.18b; Salm 33; Efesin 5:21-32; San Ġwann 6:60-69 Aqra’: F’dak iż-żmien, Ġesù tkellem fuq il-ħobż tal-ħajja. Ħafna dixxipli tiegħu, meta semgħuh, qalu: “Iebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu?”. Ġesù ntebaħ waħdu li d-dixxipli tiegħu kienu qegħdin igergru fuq hekk, u qalilhom: “Dan il-kliem qiegħed ifixkilkom? Mela xi tgħidu kieku kellkom taraw lil Bin il-bniedem tiela’ fejn kien qabel? Hu l-Ispirtu li jagħti l-ħajja, …

Mulej l-aħħar kelma hi tiegħek. Kompli kellimna… Kompli aqra »

Fil-festa tal-lum, aħna għandna quddiemna mudell ta’ dik li baqgħet dejjem tafda f’Alla…Marija

L-Imqaddsa Verġni Marija Mtellgħa s-Sema Apokalissi 11:19a; 12:1-6a.10ab; Salm 44; 1 Korintin 15:20-26; Luqa 1:39-56 Aqra’: Imbagħad qalet Marija: “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-Ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel jibda jsejjaħli hienja, għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu. Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu. Hu wera …

Fil-festa tal-lum, aħna għandna quddiemna mudell ta’ dik li baqgħet dejjem tafda f’Alla…Marija Kompli aqra »

Irringrazzja lil Alla għal kemm-il darba wriek it-triq…

Id-19-il Ħadd matul is-Sena Liturġika B Slaten 19:4-8; Salm 33; Efesin 4:30-5:2; Ġwanni 6:41-51 Aqra’: Ġesù weġibhom: “Toqogħdux tgorru bejnietkom. Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Hemm miktub fil-Profeti: ‘U kulħadd ikun imgħallem minn Alla’. Mela kull min jisma’ lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi. Mhux għax xi ħadd qatt ra lill-Missier ħlief dak li hu minn Alla; …

Irringrazzja lil Alla għal kemm-il darba wriek it-triq… Kompli aqra »

“Sinjur agħtina dejjem minn dan il-ħobż.”

It-18-il Ħadd matul is-Sena Liturġika B Eżodu 16:2-4.12-15; Salm 77; Efesin 4:17.20-24; Ġwanni 6:24-35 Aqra’: Ġesu’ weġibhom: “Tassew tassew ngħidilkom, intom qegħdin tfittxuni mhux għax rajtu sinjali, imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu. Tħabtu mhux għall-ikel li jgħaddi, iżda għall-ikel li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem, dak li Bin il-bniedem jagħtikom, għaliex lilu Alla l-Missier immarka bis-siġill tiegħu”. Riflessjoni: Dak li fis-silta tal-vanġelu tal-Ħadd li għadda, it-tqassim tal-ħobż lill-folla kbira ta’ …

“Sinjur agħtina dejjem minn dan il-ħobż.” Kompli aqra »

Iftaħ idek, Mulej: ferraħna bil-ġid li tagħtina!

Is-17-il Ħadd matul is-Sena Liturġika B Slaten 4:42-44; Salm 144; Efesin 4:1-6; Ġwanni 6:1-15 Aqra’: Ġesù rafa’ għajnejh, lemaħ kotra ta’ nies ġejja lejh, u qal lil Filippu: “Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x’jieklu?”. Dan qalhulu biex jippruvah, għaliex hu kien jaf x’sejjer jagħmel. Filippu wieġbu: “Mitejn dinar ħobż ma jkunux biżżejjed għalihom biex kull wieħed minnhom jieħu xi ftit”. Wieħed mid-dixxipli tiegħu, Indrì, ħu Xmun Pietru, qallu: “Hawn …

Iftaħ idek, Mulej: ferraħna bil-ġid li tagħtina! Kompli aqra »

“Ħu ħsieb ġismek daqs li kieku ser tibqa’ tgħix għal dejjem; u ħu ħsieb ruħek daqs li kieku ser tmut għada” S. Wistin

L-16-il Ħadd matul is-Sena Liturġika B Ġeremija 23:1-6; Salm 22; Efesin 2:13-18; Mark 6:30-34 Aqra’: F’dak iż-żmien, l-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kull ma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom: “Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit”. Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom. Marru mela bid-dgħajsa weħidhom lejn post imwarrab, imma n-nies …

“Ħu ħsieb ġismek daqs li kieku ser tibqa’ tgħix għal dejjem; u ħu ħsieb ruħek daqs li kieku ser tmut għada” S. Wistin Kompli aqra »

Scroll to Top