Is-Saltna ta’ Kristu trid tikber u tagħti l-frott fost il-bnedmin li qegħdin jgħixu fi żminijiet u pajjiżi konkreti.
Sidna Ġesu’ Kristu, Sultan tal-Ħolqien kollu Danjel 7:13-14; Salm 92; Apokalissi 1:5-8; Ġwanni (18:33b-37) Aqra’: F’dak iż-żmien, Pilatu sejjaħ lil Ġesù u qallu: “Inti s-sultan tal-Lhud?”. Ġesù wieġeb: “Dan qiegħed tgħidu int minn moħħok, jew kienu oħrajn li qalulek dan fuqi?”. Pilatu wieġeb: “Mela jiena Lhudi? Kien il-poplu tiegħek u l-qassisin il-kbar li tawk f’idejja. X’għamilt?”. Ġesù wieġeb: “Is-saltna tiegħi mhijiex ta’ din id-dinja. Li kieku saltnati kienet ta’ din …