Nitolbu biex aħna nagħrfu li l-akbar dnub tagħna huwa meta nippretendu li aħna aħjar mill-oħrajn.
Il-Ħames Ħadd tar-Randan Sena C Isaija 43:16-21; Salm 125; Filippin 3:8-14; San Ġwann 8:1-11 Aqra’: F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn l-Għolja taż-Żebbuġ. Imma l-għada qabel is-sebħ raġa’ mar fit-tempju, u l-poplu kollu ġie ħdejh, u hu qagħad bilqiegħda jgħallimhom. Imbagħad il-kittieba u l-Fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li kienet inqabdet fl-adulterju. Huma qegħduha fin-nofs u qalulu: “Mgħallem, din il-mara nqabdet fil-fatt fl-adulterju. Issa fil-Liġi tagħna Mosè ordnalna biex nisa bħal …