Meta jieħu sehem fiċ-ċelebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija, in-nisrani jimpenja ruħu li jkompli jgħix l-Ewkaristija barra mill-Quddiesa.
It-18 ta’ matul is-sena liturġika A Isaija 55:1-3; Salm 144; Rumani 8:35, 37-39; Mattew 14:13-21 Aqra’: Il-kotra tan-nies kompliet timxi wara Ġesu’ waqt li kien ifejjaqhom u jgħallimhom. Hawnhekk jitma l-kotra tan-nies…ikla li tirraffigura l-ikla ta’ l-Ewkaristija. Irrifletti: Il-Poplu għandu bżonn ikun mitmuħ l-ikel tal-verita’ kif ukoll il-ħobż. X’kien il-miraklu hawnhekk: il-multiplikazzjoni tal-ħobż u l-ħut, jew l-eżempju li ta’ Ġesu’ li taqsam dak li għandek ma’ ħutek il-bnedmin l-oħra fil-bżonn? …