Franco Grech osa

Riflessjonijiet u artikli miktuba minn P. Franco Grech osa

 

Kieku kellu jiġi bħalissa iben is-sid tal-għalqa, Ġesu, ifittex il-frott, x’se jsib?

Is-27 Ħadd matul is-sena Liturġika A Isaija 5:1-7; Salm 79; Fil 4:6-9; Mt 21:33-43 Aqra’: “Kien hemm wieħed, sid ta’ għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha torri; u qabbilha lil xi bdiewa”. Il-Mulej jgħid: “X’kien fadalli nagħmel għall-għalqa tiegħi u ma għamiltux?” Irrifletti: Waħda minn dawk id-dwieli huwa jien jew int. Il-Mulej ħawwilna fil-għalqa tiegħu, il-Knisja, nhar il-magħmudija tagħna. Waqt l-Ewkaristija imantniena. Nhar […]

Kieku kellu jiġi bħalissa iben is-sid tal-għalqa, Ġesu, ifittex il-frott, x’se jsib? Kompli aqra »

Fis-skiet ta’ qalbek, għaraf li inti midneb u għandek bżonn il-ħniena ta’ Alla

Is-26 Ħadd matul is-sena Liturġika A Eż 18, 25-28; Salm 24, Fil 2, 1-11; Mt 21, 28-32 Aqra’: Intom x’jidhrilkom? – staqsa Ġesu’ – Min minnhom it-tnejn għamel ir-rieda tal-Missier? L-Iben li lil missieru qallu li kien se jmur jaħdem fl-għalqa tad-dwieli u ma mar xejn, jew l-ieħor li qallu li ma riedtx imur, imma mbagħad mar? Irrifletti: Il-publikani u n-nisa tat-triq jistgħu jkunu miftuħin iżjed minnkom – nies tal-knisja!

Fis-skiet ta’ qalbek, għaraf li inti midneb u għandek bżonn il-ħniena ta’ Alla Kompli aqra »

Why do you find it difficult to rejoice at the good fortune of others?

25th Sunday of the Year (A) Is. 55: 6-9; Psalm 144; Fil. 1,20c-24,27a; Mt. 20: 1-16a Read: “Are you being envious because I am generous?”. Take note of the characters and the reactions of those in the parable of the workers in the vineyard. Reflect: Why do you find it difficult to rejoice at the good fortune of others? People are jealous when they think that somebody else has possession

Why do you find it difficult to rejoice at the good fortune of others? Kompli aqra »

Għaliex issibha diffiċli tieħu gost bix-xorti tajba ta’ xi ħaddieħor?

Il-25 Ħadd matul is-Sena Liturġika A Is. 55, 6-9; Salm 144; Fil. 1,20c-24,27a; Mt. 20, 1-16a. Aqra’: “Jew qiegħed tgħir għax jien qalbi tajba”. Innota l-karattri u r-reazzjonijiet tagħhom fil-parabbola tal-ħaddiema fl-għalqa tad-dwieli. Irrifletti: Għaliex issibha diffiċli tieħu gost bix-xorti tajba ta’ xi ħaddieħor? In-nies jgħiru meta jaħsbu li xi ħadd għandu xi ħaġa li tappartjeni lilhom…jew sempliċement għax jixtiequ dak li ħaddieħor għandu. X’inhi r-reazzjoni tiegħek għal din il-parabbola?

Għaliex issibha diffiċli tieħu gost bix-xorti tajba ta’ xi ħaddieħor? Kompli aqra »

Ersaq lejn l-oħrajn b’imħabba u kompassjoni tal-qalb

L-24 Ħadd matul is-Sena Liturġika A Sir 27, 33-28,9; Salm 102; Rum 14, 7-9; Mt 18, 21-35. Aqra’: Sew jekk ngħixu, sew jekk immutu, aħna tal-Mulej. Għalhekk, mibegħda u għadab, dawn kollha ta’ min jistmerrahom. Jekk Alla juri ħniena magħna, aħna għandna nuru ħniena mal-oħrajn, kif tgħidilna l-parabbola tal-qaddej li ma ħafirx. Itlob: Itlob għall-grazzja ta’ l-umilta’ biex tilqa’ il-ħniena ta’ Alla, u taqsam din il-ħniena ma’ l-oħrajn. Ftakar f’dawk

Ersaq lejn l-oħrajn b’imħabba u kompassjoni tal-qalb Kompli aqra »

Aħna responsabbli għal xulxin

It-23 Ħadd tas-Sena Liturġika Sena A Eż. 33, 7-9; Salm 94; Rum 13, 8-10; Mt 18, 15-20 Aqra: Aħna mibgħutin biex inħobbu lill-proxxmu tagħna. Ġesu’ jitkellem dwar il-bżonn li nkunu impenjati biex inġibu ‘l quddiem il-ġid tal-aħwa. Ngħinu lil xulxin biex ngħarfu u nikkoreġu l-iżbalji tagħna. Ġesu’ qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu”. Irrifletti: Aħna responsabbli għal xulxin. Li tkun responsabbli għall-oħrajn huwa

Aħna responsabbli għal xulxin Kompli aqra »

Bl-għajnuna ta’ l-Ispirtu Qaddis, ngħixu l-ħajja kollha tagħna bħala offerta ta’ qima u ta’ tifħir lil Alla.

Il-22 Ħadd tas-Sena Liturġika A Ġer 20, 7-9; Salm 62; Rum 12, 1-2; Mt 16,21-27 Aqra: Iseħħilkom tagħarfu x’inhi r-rieda ta’ Alla, x’inhu t-tajjeb, x’inhu li jogħġob, x’inhu s-sewwa (Rum 12, 1) Irrifletti: Ir-rieda ta’ Alla tfisser li nfittxu li nagħmlu x’inhu t-tajjeb, x’inhu perfett, x’inhu li jogħġob. Bl-għajnuna ta’ l-Ispirtu Qaddis, ngħixu l-ħajja kollha tagħna bħala offerta ta’ qima u ta’ tifħir lil Alla. Dan huwa l-għan tal-ħajja tagħna.

Bl-għajnuna ta’ l-Ispirtu Qaddis, ngħixu l-ħajja kollha tagħna bħala offerta ta’ qima u ta’ tifħir lil Alla. Kompli aqra »

Jekk Alla jsejħilna biex nagħmlu xi ħaġa, ħa ngħarfu bl-umilta’ kollha

Il-21 Ħadd tas-Sena Liturġika A Is 22,19-23; Salm 137, Rum 11, 33-36; Mt 16, 13-20 Aqra’: F’ Ċesarija ta’ Filippu, Pietru jagħmel il-Professjoni tal-Fidi u Kristu jagħtiħ l-imfietaħ tas-Saltna. “Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi”. Itlob: Ħa nitolbu li jkollna qalb umli biex naċċettaw is-sejħa ta’ Alla. Ħa nitolbu l-grazzja li nkunu dixxipli fidili ta’ Ġesu’. Irrifletti: Alla jagħżel mhux skont il-merti tagħna l-bnedmin, imma bl-għerf

Jekk Alla jsejħilna biex nagħmlu xi ħaġa, ħa ngħarfu bl-umilta’ kollha Kompli aqra »

Evita li tħares bl-ikrah lejn oħrajn li huma differenti minnek.

Is 56, 1.6-7; Salm 66; Rum 11, 13-15, 29-32; Mt 15, 21-28 Aqra’: Li tfejjaq u li titma’ huma żewġ affarijiet li donnhom imorru flimkien. Ġesu’ jagħmel dawn iż-żewġ affarijiet, u nies ta’ fidi jaraw it-tifsira f’dawn l-azzjonijiet tiegħu. Oħrajn ma jarawx din it-tifsira. Itlob: Evita li tħares bl-ikrah lejn oħrajn li huma differenti minnek. Itlob biex tagħmel dan, speċjalment meta tkun ittentat li tkun preġudikat kontra xi grupp ta’

Evita li tħares bl-ikrah lejn oħrajn li huma differenti minnek. Kompli aqra »

X’ser jistaqsina l-Mulej meta niltaqgħu miegħu wiċċ imb’wiċċ?

Id-19 il-Ħadd ta’ matul is-sena liturġika A 1Slaten 19:9a.11-13a; Salm 84; Rumani 9:1-5; Mattew 14:22-33 Aqra’:  Ġesu’ jmur lejn id-dixxipli tiegħu li jinsabu fil-hemm, billi jimxi fuq il-baħar. Dawk li kienu fid-dgħajsa xteħtu quddiem Ġesu’ u qalulu: “Tassew, int Bin Alla!”. Irrifletti: Ġesu jistaqsi lil Pietru, “għaliex iddubitajt”. Ġesu jisfida n-nuqqas ta’ fidi ta’ Pietru fil-mument diffiċli. X’ser jistaqsina l-Mulej meta niltaqgħu miegħu wiċċ imb’wiċċ? Itlob: Ħa nitolbu lil Alla

X’ser jistaqsina l-Mulej meta niltaqgħu miegħu wiċċ imb’wiċċ? Kompli aqra »

Scroll to Top