Qaddisin u Beati Agostinjani

Matul is-sekli bosta kienu dawk li għex dan l-ideal ta’ komunjoni u servizz fil-Knisja fil-milja tiegħu: reliġjużi irġiel, sorijiet ta’ ħajja kontemplattiva, sorijiet ta’ ħajja attiva, lajċi agostinjani. Ta’ uħud minn dawn, il-Knisja irrikonoxxiet il-valur tax-xhieda ta’ qdusija li huma taw, u toffrihom lill-Poplu ta’ Alla bħala eżempju u interċessuri quddiem Alla.

Beatu Xmun Fidati minn Cascia – 16 ta’ Frar

Ġej mill-familja Fidati u twieled f’Cascia għall-ħabta tal-1290. Wara li għal ftit wera nteress għal-letteratura u mexa wara t-tagħlim tal-Franġiskan Fra Anġlu Clareno huwa ħa l-libsa ta’ Agostinjan. Ħajtu għaddieha jippriedka speċjalment fis-Toscana. Kien iċanfar il-midimbin mingħajr biża’ u d-dixxiplina soda tiegħu tferrxet ukoll fost dawk li riedu jagħmlu ħbieb miegħu u li minn xi daqqiet dawn ġew imwiddba minnu. Iżda kliemu mimli mħabba u żelu kien imfaħħar minn dawk […]

Beatu Xmun Fidati minn Cascia – 16 ta’ Frar Kompli aqra »

Santa Rita ta’ Cascia – 22 ta’ Mejju

Twieldet f’Roccaporena (xi 5 kilometri minn Cascia) u għammduha fl-isem ta’ Margerita fil-knisja ta’ Santa Maria della Plebe f’Cascia. Il-ġenituri tagħha kienu paċifikaturi ta’ Kristu fil-ġlied politiku u familjari bejn il-Gwelfi u l-Gibellini, u taw lil Rita dak kollu li setgħu u għalmuha taqra u tikteb. Meta kellha 16-il sena żżewwġet lil Paolo Ferdinando Mancini, ġuvni ta’ l-affari tiegħu iżda fuq ruħu u wara ftit kellha żewġt itfal subien. F’ħajja

Santa Rita ta’ Cascia – 22 ta’ Mejju Kompli aqra »

Scroll to Top