Qaddisin u Beati Agostinjani

Matul is-sekli bosta kienu dawk li għex dan l-ideal ta’ komunjoni u servizz fil-Knisja fil-milja tiegħu: reliġjużi irġiel, sorijiet ta’ ħajja kontemplattiva, sorijiet ta’ ħajja attiva, lajċi agostinjani. Ta’ uħud minn dawn, il-Knisja irrikonoxxiet il-valur tax-xhieda ta’ qdusija li huma taw, u toffrihom lill-Poplu ta’ Alla bħala eżempju u interċessuri quddiem Alla.

Beata Anna Katerina Emmerick – 9 ta’ Frar

Twieldet ġo Flamshen bei Coesfeld (Westfalia, il-Ġermanja) u ħasset il-vokazzjoni reliġjuża meta kienet għadha ċkejkna iżda missierha ma ridhiex. Qabel ma daħlet fil-monasteru kellha diġà ħafna grazzji t’Alla. Wara li ħafna komunitajiet ma riduhiex fl-aħħar fl-1802 daħlet fil-monasteru tal-Kanonikessi Regolari ta’ Santu Wistin ta’ Agnetenberg viċin Dülman. Il-ħajja tagħha tal-klawsura kienet iebsa ħafna u ġagħluha tifhem li hi ma kienetx ta’ l-istess kondizzjoni soċjali bħall-oħrajn u li daħħluha għaliex kienu […]

Beata Anna Katerina Emmerick – 9 ta’ Frar Kompli aqra »

Beatu Elia del Soccorro Nieves – 11 t’Ottubru

Mattew Elija Nieves twieled f’Yuriria (Guananjuato – il-Messiku) minn ġenituri bdiewa, iżda mill-ewwel wera x-xewqa li jsir saċerdot. Meta kellu tnax-il sena missieru ġie maqtul mill-ħallelin u kellu jħalli l-istudju biex jgħin lill-familja. Fl-1904 għalkemm ma kienx wisq ippreparat u kellu ftit taż-żmien ingħata l-permess biex jidħol fil-kulleġġ ta’ l-Agostinjani ta’ Yuriria. Bi sforz kbir u kuraġġ għeleb id-diffikultajiet kollha sew dawk ta’ l-istudji tas-seminarju li beda meta kellu wieħed

Beatu Elia del Soccorro Nieves – 11 t’Ottubru Kompli aqra »

Beata Kristina ta’ Spoleto – 13 ta’ Frar

L-ewwel ġrajja importanti fil-ħajja ta’ din il-mara singulari seħħet għall-ħabta tal-1450 jew xi sena wara meta hija ddeċidiet tibdel ħajjitha, titlaq il-familja u l-postijiet fejn għexet u tidħol Agostinjana lajka. Nafu biss kienet għadha żgħira, sbejħa u jisimha Kristina u li xtaqet timxi wara l-passi ta’ Kristu. Minn dak il-mument ħajjitha saret pellegrinaġġ bla waqfien, dejjem tfittex post fejn tgħix fil-moħbi. Kienet f’ħafna monasteri Agostinjani iżda qajla damet fihom. Il-ħajja

Beata Kristina ta’ Spoleto – 13 ta’ Frar Kompli aqra »

Santa Kjara minn Montefalco – 17 t’Awwissu

Kjara, li kienet ta’ qdusija kbira fil-bidu ta’ l-istorja Agostinjana u li tat esperjenza spiritwali unika u kbira, twieldet f’Montefalco u ta’ sitt snin kienet ġa ħasset is-sejħa għall-ħajja mogħtija ‘l Alla. Meta kienet ġa wriet maturità mhux biss umana iżda wkoll spiritwali mhux tas-soltu daħlet f’kunvent mibni minn missierha għal oħtha l-kbira Ġwanna u sħabha li kienu qegħdin jgħixu ħajja ta’ talb. Fl-1290 dawn il-ftit xbejbiet u Kjara, li

Santa Kjara minn Montefalco – 17 t’Awwissu Kompli aqra »

Beatu Federiku minn Ratisbona – 29 ta’ Novembru

Twieled f’Ratisbona minn ġenituri ta’ klassi medja u daħal fratell lajk fil-kunvent ta’ Santu Wistin. Kien jaqdi lill-komunità bħala mastrudaxxa u kien iġib ukoll l-ħatab għall-użu ta’ kuljum. Waqt li kien jaħdem kien jitlob u għalhekk kien magħruf għal qdusija, għall-umiltà u għad-devozzjoni kbira li kellu għall-Ewkaristija. Ftit nafu fuq ħajtu iżda hemm xi ġrajjiet. Fil-bidu tas-seklu għoxrin instabu tnejn minnhom fil-bibljoteka tal-kapitlu metropolitana ta’ Pariġi u ġew ippubblikati mill-kanonku

Beatu Federiku minn Ratisbona – 29 ta’ Novembru Kompli aqra »

Beata Marija Tereża Fasce – 12 t’Ottubru

Twieldet f’Torriglia (Genova), kellha karattru sod, kienet tħobb it-talb u l-ġabra iżda kienet ukoll mimlija ħajja u ċajtiera dejjem lesta biex taħtaf il-mument li fih tagħmel xi ħaġa tajba. Il-ħajja fil-monasteru daħlet f’qalbha iżda kellha titlob ħafna u tbati sakemm daħlet fl-oasi li Alla kien sejħilha għalih. Il-monasteru ta’ Santa Rita ta’ Cascia laqagħha bħala postulanta meta kellha 25 sena fis-6 ta’ Ġunju 1906. Fil-lejl tal-Milied offriet żgħożitha lill-Mulej u

Beata Marija Tereża Fasce – 12 t’Ottubru Kompli aqra »

Santa Madalena ta’ Nagasaki – 29 t’Ottubru

Tifla ta’ nsara nobbli li twieldet fl-1611 viċin Nagasaki. Skond il-manuskritti antiki kienet tfajla fina, dedikata u ħelwa. Missierha, ommha u ħutha ġew ikkundannati għall-mewt għat-twemmin tagħhom meta ħija kienet għadha żgħira ħafna. Fl-1624 saret taf żewġ Agostinjani Rikolletti Franġisku ta’ Ġesù u Vinċenzu ta’ Sant’Anton. Miġbuda mill-ispiritwalità ta’ dawn il-missjunarji ikkonsagrat lilha nnfisha ‘l Alla bħala terzjarja Agostinjana Rikoletta. Minn dak in-nhar il-libsa tagħha tal-festa kienet dik tat-terzjarji u

Santa Madalena ta’ Nagasaki – 29 t’Ottubru Kompli aqra »

Beatu Ġakbu minn Viterbo – 4 ta’ Ġunju

Forsi ġej minn familja nobbli Capocci, twieled f’Viterbo fl-1255 imma ma nafu xejn dwar żgħożitu, Mill-ewwel beda ħajja reliġjuża għax fl-1272 daħal ma’ l-Eremiti ta’ Santu Wistin u ħa l-libsa fil-kunvent tas-Santissima Trinità f’Viterbo. Qabel, fl-1275 ġie mibgħut Pariġi biex jistudja t-teoloġija fil-kulleġġ ta’ l-Ordni tiegħu u kien imur għal lezzjonijiet ta’ Eġidju Romano li kien jistmah ħafna. Wara li fl-1281 jew fl-1282 ġie lura f’pajjiżu. Fl-1283 kellu f’idejh ix-xogħol

Beatu Ġakbu minn Viterbo – 4 ta’ Ġunju Kompli aqra »

Beatu Marjanu de la Mata – 5 ta’ Novembru

Nhar il-5 ta’ April 1983 ħalla din l-art P. Marjanu de la Mata Aparicio, saċerdot Agostinjan, missjunarju fil-Brażil, wara ħajja ta’ 77 sena. Żgur li hu stess, persuna umli u mingħajr pretensjonijiet, qatt ma basar li 14-il sena wara ser isib ruħu bħala protagonist ta’ ċerimonja ta’ beatfikazzjoni fil-kattidral ta’ Sao Paolo, Brażil. Twieled nhar l-aħħar jum tas-sena 1905 f’villaġġ ċkejken qrib il-belt ta’ Palencia, fi Spanja. L-ambjent familjari għenu

Beatu Marjanu de la Mata – 5 ta’ Novembru Kompli aqra »

Marija Omm tal-Parir it-Tajjeb – 26 t’April

Il-ġieħ li qed nagħtu llum lill-Verġni Marija taħt it-titlu ta’ Omm tal-Parir it-Tajjeb, jgħinna nagħrfu lil Kristu bħala dak li jmexxina. Dan it-titlu, imxerred mill-Ordni Agostinjan madwar id-dinja kollha, għandu l-għeruq tiegħu fir-raħal ċkejken ta’ Genazzano (qrib Ruma). Nhar il-25 ta’ April tas-sena 1467, intlemħet fuq ħajt tal-knisja tal-Agostinjani xbieha antika tal-Madonna tħaddan b’tant imħabba lil binha Ġesù. Dan l-affresk mill-ewwel ġibed għadd ta’ pellegrini u bdew jinqalgħu l-grazzji. Sal-lum

Marija Omm tal-Parir it-Tajjeb – 26 t’April Kompli aqra »

Scroll to Top