Qaddisin u Beati Agostinjani

Matul is-sekli bosta kienu dawk li għex dan l-ideal ta’ komunjoni u servizz fil-Knisja fil-milja tiegħu: reliġjużi irġiel, sorijiet ta’ ħajja kontemplattiva, sorijiet ta’ ħajja attiva, lajċi agostinjani. Ta’ uħud minn dawn, il-Knisja irrikonoxxiet il-valur tax-xhieda ta’ qdusija li huma taw, u toffrihom lill-Poplu ta’ Alla bħala eżempju u interċessuri quddiem Alla.

Beati Martri tal-Ġappun – 28 ta’ Settembru

Fil-bidu tas-seklu XVII faqqgħet fil-Ġappun waħda mill-persekuzzjonijiet l-iżjed qliel u mdemmija tal-knisja. Kienu kbar il-martirji li ħadu membri tal-Ordni Agostinjan għall-Vanġelu. Agostinjani mill-Ġappun, minn Spanja, mill-Portugal u mill-Messiku, rġiel u nisa, terzjarji, Ċinturati u fidili bil-mewt tagħhom taw eżempju ta’ għaqda u l-universalità ta’ l-Ordni. Hawn taħt insibu lista kronoloġika u dawk li huma mniżżla b’tipi grassi diġà ġew iddikjarati qaddisin mill-Knisja. 1610: Patri Ġwann Damarin u Patri Franġisk de […]

Beati Martri tal-Ġappun – 28 ta’ Settembru Kompli aqra »

San Ġwann ta’ Sahagun – 12 ta’ Ġunju

“Missier, ma tafx tagħlaq ħalqek! Sur duka, għalfejn nitla’ fuq il-pulptu? Biex ngħid il-verità lil min qed jismagħni jew biex bla mistħija nżiegħel bihom biex ifaħħruni?” Dan il-kliem intqal bejn id-duka t’Alba li mar għall-funzjoni reliġjuża u l-patri Agostinjan Ġwanni minn Sahagun li għamel il-priedka. Dak il-jum Patri Ġwanni pprofitta mill-preżenza ta’ ħafna nobbli tal-belt u awtoritajiet ċivili, sabiex jikxef il-gvern ħażin u l-inġustizzja tal-prepotenti ma’ dawk li kienu dgħajfa.

San Ġwann ta’ Sahagun – 12 ta’ Ġunju Kompli aqra »

Beatu Antonio Patrizi – 9 t’Ottubru

L-Eremitaġġ ta’ Lecceto, qrib il-belt ta’ Siena, sa mit-twaqqif tiegħu fis-seklu XII kien bejta għammilha ta’ qdusija agostinjana. Bħala eżempju rappreżentattiv tal-hekk imsejħa “beati leccetani”, fil-kalendarju liturġiku agostinjani issir it-tifkira tal-Beatu Antonju Patrizi. Huwa persunaġġ li mhux faċli jitqiegħed b’eżattezza fi kwadru storiku, dan għaliex ftit hemm dokumentazzjoni ċerta dwar ħajtu. Kitbiet dwar ħajtu saru fis-sekli XV u XVI, u fihom wieħed isib qafas pjuttost aġjografiku iktar milli storiku. Madanakollu

Beatu Antonio Patrizi – 9 t’Ottubru Kompli aqra »

Beatu Ġwanni ta’ Rieti – 2 t’Awwissu

F’Rieti kien hemm ġuvni reliġjuż li kien jismu Ġwanni. Kien sempliċi, umli, dejjem ferħan, u kien bħall-patrijiet l-oħra f’kollox, sew jekk hu ikel jew xorb, iżda kellu karattru partikulari. Kien iħobb ħafna l-patrijiet, kien jgħix magħhom b’dik il-karità li la bil-kliem u lanqas bl-għemil qatt ma mar kontra r-regoli ta’ l-imħabba tal-proxxmu. Kien jittratta ‘l kulħadd b’imħabba, fuq kollox lill-morda u lill barranin, kien jaħslilhom saqajhom u jlibisshom , kien

Beatu Ġwanni ta’ Rieti – 2 t’Awwissu Kompli aqra »

San Ġwann Stone – 25 ta’ Ottubru

Ġwanni Stone kien reliġjuż li għażel li jibqa’ fuq il-blata ta’ Pietru, minkejja l-periklu reali fuq ħajtu. Ġwanni kien reliġjuż tal-Provinċja Agostinjana fl-Ingilterra. Għex fi żmien ta’ taqlib kbir, fejn għall-kattoliċi – wara l-abbandun tal-fidi kattolika mir-re Enriku VIII u t-twaqqif tal-knisja anglikana fl-1534 – ma kienx faċli iżżomm sħiħ fir-rabta tal-fidi mas-suċċessur ta’ Pietru. Iċ-ċirkustanzi kienu jitolbu kuraġġ u stamina sabiex l-insara kattoliċi, b’mod partikolari r-reliġjużi u s-saċerdoti, jibqgħu

San Ġwann Stone – 25 ta’ Ottubru Kompli aqra »

Beatu Antonio ta’ Amandola – 29 ta’ Jannar

Twieled fis-17 ta’ Jannar 1355 minn Simpliciano Migliorati li kien bidwi. Il-qdusija ta’ San Nikola minn Tolentinu li miet fl-1305 wasslitu biex jidħol ma’ l-Agostinjani ta’ pajjiżu fejn sar saċerdot. Għex għal tnax-il sena fil-kunvent ta’ Tolentinu, u kien għal xi żmien f’Bari, minn fejn fil-bidu tas-seklu XV mar lura Amandola (Ascoli Piceno). Hawnhekk sar superjur tal-kunvent li huwa kabbar u beda jibni knisja ġdida. Iżda ma komplihiex għax miet

Beatu Antonio ta’ Amandola – 29 ta’ Jannar Kompli aqra »

Beatu Kerubinu Testa minn Avigliana – 16 ta’ Diċembru

Fl-1451 Kerubinu twieled mill-familja nobbli Testa f’Avigliana (Turin). Mill-ewwel intefa’ għall-ħajja reliġjuża u ngħaqad ma’ l-Eremiti ta’ Santu Wistin fil-kunvent tal-post imwaqqaf mill-beatu Adrijanu Berzetta minn Buronzo. Hawnhekk għex ħajja mingħajr frugħat f’mortifikazzjonijiet u qdusija, dejjem lest biex jobdi u jgħin. Kien magħruf għas-safa tiegħu u għad-devozzjoni kbira li kellu għall-Passjoni ta’ Kristu. Ta’ sikwit kien jgħaddi l-ġurnata f’biki u kontemplazzjoni lejn Ġesù Msallab. Kerubinu miet meta kellu tmienja u

Beatu Kerubinu Testa minn Avigliana – 16 ta’ Diċembru Kompli aqra »

San Eżekjel Moreno – 19 t’Awwissu

Twieled fir-raħal t’Alfaro f’Navarra fi Spanja fl-1848. Bħal ħuh, Eżekjel ingħaqad mal-Familja Agostinjana tar-Rekolletti. Wara ftit ta’ żmien Moreno flimkien ma’ 17-il saċerdot oħrajn intbagħtu fil-Filippini fejn ġie ordnat saċerdot fl-1871. Fil-Filippini wettaq l-ewwel ħidma tiegħu pastorali bħala saċerdot Agostinjan, li damet madwar 15-il sena. Fl-1885 waqt il-kapitlu provinċjali (laqgħa li fiha l-provinċja tiltaqa’ biex tiddiskuti u tippjana l-ħidma tagħha għas-snin li jkunu ġejjin) Eżekjel Moreno sar Pirjol tal-kunvent f’Monteagudo

San Eżekjel Moreno – 19 t’Awwissu Kompli aqra »

Beatu Antonio Della Torre – 24 ta’ Lulju

Antonju kien minn Milan u twieled mill-familja Della Torre għall-ħabta tal-1424. Mitfugħ fuq l-istudju huwa ħa lawrja fil-mediċina f’Pavia u għamel xi żmien jaħdem ta’ tabib f’Milan sakemm sar midħla ta’ l-Agostinjani tal-kunvent famuż ta’ San Mark fejn talab li jidħol. Kompla l-formazzjoni tiegħu u ġie ordnat saċerdot f’Milan. Wara ftit ġie mibgħut fil-kunvent ta’ San Nikola f’Foligno fejn ikkonferma d-devozzjoni lejn il-Madonna li minn għandha rċieva ħafna grazzji spiritwali

Beatu Antonio Della Torre – 24 ta’ Lulju Kompli aqra »

Beatu Klement minn Osimo – 19 ta’ Mejju

Twieled f’Osimo fil-Marche fil-bidu tas-seklu XIII (hemm xi kittieba li jgħidu li kien minn S. Elpidio). Fl-1256 meta kien għadu tfajjel daħal fil-kongregazzjoni ta’ eremiti ta’ Brettino, li ngħaqad ma’ l-Ordni Agostinjan fl-1256. Fl-1269 kien ġa provinċjal ta’ Ancona. Kien Ġeneral ta’ l-Ordni Agostinjan fl-1256. Fl-1269 kien ġa provinċjal ta’ Ancona. Kien Ġeneral ta’ l-Ordni għal tliet snin mill-1271. Wara li ma riedx ikompli ta’ Ġeneral għex ħajja mwarrba u

Beatu Klement minn Osimo – 19 ta’ Mejju Kompli aqra »

Scroll to Top