Beati Agostinjani

Beatu Ġwanni Bono – 23 t’Ottubru

Il-ħajja ta’ Ġwanni Bono nafuha minn żewġ għejun prinċipali, il-bijografija li kiteb S. Antonino ta’ Firenze lejn nofs is-seklu XV, kif ukoll il-proċess tal-beatifikazzjoni (seklu XIII) fejn permezz ta’ numru kbir ta’ xhieda, nafu diversi dettalji dwar il-ħajja u l-ispiritwalità evanġelika li biha għex dan l-eremit tas-seklu XIII. Twieled fl-1168 f’Mantova, u ta’ tfajjel kien diġà orfni minn missieru. Sabiex jaqla’ l-għajxien, fi spirtu avventuruż, beda jdur mal-Italja kollha bħala […]

Beatu Ġwanni Bono – 23 t’Ottubru Kompli aqra »

Beati Martri tal-Ġappun – 28 ta’ Settembru

Fil-bidu tas-seklu XVII faqqgħet fil-Ġappun waħda mill-persekuzzjonijiet l-iżjed qliel u mdemmija tal-knisja. Kienu kbar il-martirji li ħadu membri tal-Ordni Agostinjan għall-Vanġelu. Agostinjani mill-Ġappun, minn Spanja, mill-Portugal u mill-Messiku, rġiel u nisa, terzjarji, Ċinturati u fidili bil-mewt tagħhom taw eżempju ta’ għaqda u l-universalità ta’ l-Ordni. Hawn taħt insibu lista kronoloġika u dawk li huma mniżżla b’tipi grassi diġà ġew iddikjarati qaddisin mill-Knisja. 1610: Patri Ġwann Damarin u Patri Franġisk de

Beati Martri tal-Ġappun – 28 ta’ Settembru Kompli aqra »

Beatu Antonio Patrizi – 9 t’Ottubru

L-Eremitaġġ ta’ Lecceto, qrib il-belt ta’ Siena, sa mit-twaqqif tiegħu fis-seklu XII kien bejta għammilha ta’ qdusija agostinjana. Bħala eżempju rappreżentattiv tal-hekk imsejħa “beati leccetani”, fil-kalendarju liturġiku agostinjani issir it-tifkira tal-Beatu Antonju Patrizi. Huwa persunaġġ li mhux faċli jitqiegħed b’eżattezza fi kwadru storiku, dan għaliex ftit hemm dokumentazzjoni ċerta dwar ħajtu. Kitbiet dwar ħajtu saru fis-sekli XV u XVI, u fihom wieħed isib qafas pjuttost aġjografiku iktar milli storiku. Madanakollu

Beatu Antonio Patrizi – 9 t’Ottubru Kompli aqra »

Beatu Ġwanni ta’ Rieti – 2 t’Awwissu

F’Rieti kien hemm ġuvni reliġjuż li kien jismu Ġwanni. Kien sempliċi, umli, dejjem ferħan, u kien bħall-patrijiet l-oħra f’kollox, sew jekk hu ikel jew xorb, iżda kellu karattru partikulari. Kien iħobb ħafna l-patrijiet, kien jgħix magħhom b’dik il-karità li la bil-kliem u lanqas bl-għemil qatt ma mar kontra r-regoli ta’ l-imħabba tal-proxxmu. Kien jittratta ‘l kulħadd b’imħabba, fuq kollox lill-morda u lill barranin, kien jaħslilhom saqajhom u jlibisshom , kien

Beatu Ġwanni ta’ Rieti – 2 t’Awwissu Kompli aqra »

Beatu Antonio ta’ Amandola – 29 ta’ Jannar

Twieled fis-17 ta’ Jannar 1355 minn Simpliciano Migliorati li kien bidwi. Il-qdusija ta’ San Nikola minn Tolentinu li miet fl-1305 wasslitu biex jidħol ma’ l-Agostinjani ta’ pajjiżu fejn sar saċerdot. Għex għal tnax-il sena fil-kunvent ta’ Tolentinu, u kien għal xi żmien f’Bari, minn fejn fil-bidu tas-seklu XV mar lura Amandola (Ascoli Piceno). Hawnhekk sar superjur tal-kunvent li huwa kabbar u beda jibni knisja ġdida. Iżda ma komplihiex għax miet

Beatu Antonio ta’ Amandola – 29 ta’ Jannar Kompli aqra »

Beatu Kerubinu Testa minn Avigliana – 16 ta’ Diċembru

Fl-1451 Kerubinu twieled mill-familja nobbli Testa f’Avigliana (Turin). Mill-ewwel intefa’ għall-ħajja reliġjuża u ngħaqad ma’ l-Eremiti ta’ Santu Wistin fil-kunvent tal-post imwaqqaf mill-beatu Adrijanu Berzetta minn Buronzo. Hawnhekk għex ħajja mingħajr frugħat f’mortifikazzjonijiet u qdusija, dejjem lest biex jobdi u jgħin. Kien magħruf għas-safa tiegħu u għad-devozzjoni kbira li kellu għall-Passjoni ta’ Kristu. Ta’ sikwit kien jgħaddi l-ġurnata f’biki u kontemplazzjoni lejn Ġesù Msallab. Kerubinu miet meta kellu tmienja u

Beatu Kerubinu Testa minn Avigliana – 16 ta’ Diċembru Kompli aqra »

Beatu Antonio Della Torre – 24 ta’ Lulju

Antonju kien minn Milan u twieled mill-familja Della Torre għall-ħabta tal-1424. Mitfugħ fuq l-istudju huwa ħa lawrja fil-mediċina f’Pavia u għamel xi żmien jaħdem ta’ tabib f’Milan sakemm sar midħla ta’ l-Agostinjani tal-kunvent famuż ta’ San Mark fejn talab li jidħol. Kompla l-formazzjoni tiegħu u ġie ordnat saċerdot f’Milan. Wara ftit ġie mibgħut fil-kunvent ta’ San Nikola f’Foligno fejn ikkonferma d-devozzjoni lejn il-Madonna li minn għandha rċieva ħafna grazzji spiritwali

Beatu Antonio Della Torre – 24 ta’ Lulju Kompli aqra »

Beatu Klement minn Osimo – 19 ta’ Mejju

Twieled f’Osimo fil-Marche fil-bidu tas-seklu XIII (hemm xi kittieba li jgħidu li kien minn S. Elpidio). Fl-1256 meta kien għadu tfajjel daħal fil-kongregazzjoni ta’ eremiti ta’ Brettino, li ngħaqad ma’ l-Ordni Agostinjan fl-1256. Fl-1269 kien ġa provinċjal ta’ Ancona. Kien Ġeneral ta’ l-Ordni Agostinjan fl-1256. Fl-1269 kien ġa provinċjal ta’ Ancona. Kien Ġeneral ta’ l-Ordni għal tliet snin mill-1271. Wara li ma riedx ikompli ta’ Ġeneral għex ħajja mwarrba u

Beatu Klement minn Osimo – 19 ta’ Mejju Kompli aqra »

Beatu Avelino Rodriguez u sħabu – 8 ta’ Novembru

Fost il-ħafna martri Agostinjani li mietu fi Spanja fi żmien il-persekuzzjoni tas-snin 1930, l-Ordni beda l-proċess tal-kanonizzazzjoni ta’ ħames gruppi. L-ewwel wieħed huwa l-iżjed li fih, minn ħamsa u sittin reliġjuż li ġew mill-Monasteru ta’ El Escorial, l-ewwel fosthom il-Provinċjal Avellinu Rodriguez u l-Assistent Ġeneral Marjanu Revilla. It-tieni grupp ta’ 10 membri tal-kulleġġ-seminarju ta’ Uclés (Cuenca) u t-tielet grupp ta’ tlieta mid-dar ta’ Gijón u sitta mill-kulleġġ ta’ Santander. It-tnejn

Beatu Avelino Rodriguez u sħabu – 8 ta’ Novembru Kompli aqra »

Beata Kristina mill-Aquila – 18 ta’ Jannar

Kristina fis-seklu kien jisimha Mattia Ciccarelli. Hi twieldet minn Domenico u Maria di Pericolo f’Colle dei Lucoli (l’Aquila) fl-24 ta’ Frar 1480 u kienet l-aħħar fost sitt ulied. Minn età ċkejkna kienet mimlija bil-virtujiet ta’ l-ubbidjenza, umiltà, safa u mitfugħa għat talb li kienet tagħmel matul il-ġurnata f’rokna tad-dar quddiem xbieha tal-Madonna tal-Pietà. Mat-talb kienet iżżid ċaħda u sawm iebes li saħansitra kerrħet lilha nnfisha biex ma tkun ammirata minn

Beata Kristina mill-Aquila – 18 ta’ Jannar Kompli aqra »

Scroll to Top