Beati Agostinjani

Beatu Angelo minn Furci – 4 ta’ Frar

Twieled  ġo Furci (Abruzzo) fl-1246 minn ġenituri sinjuri li ma setgħux ikollhom tfal. Skond it-tradizzjoni li fuqha għandna l-istorja ta’ ħajtu huma ġabuh bl-interċessjoni ta’ San Mikiel Arkanġlu meta marru pellegrinaġġ fis-santwarju tiegħu ħdejn il-Gargano. Fil-magħmudija tawh l-isem ta; Anġlu li hu żamm ukoll meta daħal reliġjuż. Il-ġenituri tawh edukazzjoni eżemplari u wara ġie fdat f’idejn zijuh min-naħa t’ommu li kien abbati Benedittin ta’ Cornaclano ħdejn Furci, u miegħu mexa […]

Beatu Angelo minn Furci – 4 ta’ Frar Kompli aqra »

Beata Ġużeppa tal-Purifikazzjoni – 22 ta’ Settembru

Fis-snin tletin tas-seklu XX, il-Knisja fi Spanja għaddiet minn martirju kbir, hekk kif l-awtoritajiet ċivili bdew persekuzzjoni sistematika li ġebbdet għal madwar tliet snin u li fiha mietu numru kbir ta’ insara: lajċi, reliġjużi, saċerdoti u isqfijiet. L-aħwa tal-Familja Agostinjana, f’din is-sitwazzjoni mwiegħra, wkoll taw xhieda qawwija tal-fidi tagħhom quddiem din il-persekuzzjoni ħarxa, magħmula minn ħuthom Spanjoli. Fit-22 ta’ Settembru l-kalendarju liturġiku Agostinjan ifakkar lill-Beata Ġużeppa Masiá. Twieldet fl-10 ta’

Beata Ġużeppa tal-Purifikazzjoni – 22 ta’ Settembru Kompli aqra »

Beatu Tumas Jihoye ta’ Santu Wistin – 28 ta’ Settembru

Il-persekuzzjonijiet mhux biss joħolqu l-martri iżda kemm-il darba jagħmlu wkoll “suldati ta’ Kristu”. Hekk kien Tumas Jihyoe, Agostinjan Ġappuniż, li kien suldat bl-isem ta’ nisrani waqt il-persekuzzjoni kontra l-insara fis-seklu XVII. Għal ħames snin lagħab bis-suldati ta’ l-imperatur li kien qed ifittxuh biex jaqbduh għax kien saċerdot kattoliku. Twieled f’Omura viċin Nagasaki għal ħabta tal-1600. Il-ġenituri tiegħu, għalliema tar-reliġjon, mietu t-tnejn martri għall-fidi tagħhom. Minn meta kien għadu żgħir hu

Beatu Tumas Jihoye ta’ Santu Wistin – 28 ta’ Settembru Kompli aqra »

Beatu Anselmo Polanco – 7 ta’ Frar

Twieled f’Buenavista de Valdavia (Palencia – Spanja) minn familja ta’ bdiewa. Meta kellu tmintax-il sena daħal fil-kunvent ta’ Valladolid, fejn fl-1897 ħa l-ewwel voti, wara mar fil-kunvent ta’ La Vid (Burgos) fejn kompla l-istudji u ġie ordnat saċerdot fl-1904. Kien għalliem u f’idejh kellu l-formazzjoni ta’ l-istess djar li fihom hu stess ħa l-formazzjoni tiegħu. Fl-1922 ġie magħżul pirjol ta’ Valladolid u fl-1932 sar provinċjal. Hekk huwa għamel vista ta’

Beatu Anselmo Polanco – 7 ta’ Frar Kompli aqra »

Beatu Ġwanni Bono – 23 t’Ottubru

Il-ħajja ta’ Ġwanni Bono nafuha minn żewġ għejun prinċipali, il-bijografija li kiteb S. Antonino ta’ Firenze lejn nofs is-seklu XV, kif ukoll il-proċess tal-beatifikazzjoni (seklu XIII) fejn permezz ta’ numru kbir ta’ xhieda, nafu diversi dettalji dwar il-ħajja u l-ispiritwalità evanġelika li biha għex dan l-eremit tas-seklu XIII. Twieled fl-1168 f’Mantova, u ta’ tfajjel kien diġà orfni minn missieru. Sabiex jaqla’ l-għajxien, fi spirtu avventuruż, beda jdur mal-Italja kollha bħala

Beatu Ġwanni Bono – 23 t’Ottubru Kompli aqra »

Beati Martri tal-Ġappun – 28 ta’ Settembru

Fil-bidu tas-seklu XVII faqqgħet fil-Ġappun waħda mill-persekuzzjonijiet l-iżjed qliel u mdemmija tal-knisja. Kienu kbar il-martirji li ħadu membri tal-Ordni Agostinjan għall-Vanġelu. Agostinjani mill-Ġappun, minn Spanja, mill-Portugal u mill-Messiku, rġiel u nisa, terzjarji, Ċinturati u fidili bil-mewt tagħhom taw eżempju ta’ għaqda u l-universalità ta’ l-Ordni. Hawn taħt insibu lista kronoloġika u dawk li huma mniżżla b’tipi grassi diġà ġew iddikjarati qaddisin mill-Knisja. 1610: Patri Ġwann Damarin u Patri Franġisk de

Beati Martri tal-Ġappun – 28 ta’ Settembru Kompli aqra »

Scroll to Top