Beati Agostinjani

Beata Anna Katerina Emmerick – 9 ta’ Frar

Twieldet ġo Flamshen bei Coesfeld (Westfalia, il-Ġermanja) u ħasset il-vokazzjoni reliġjuża meta kienet għadha ċkejkna iżda missierha ma ridhiex. Qabel ma daħlet fil-monasteru kellha diġà ħafna grazzji t’Alla. Wara li ħafna komunitajiet ma riduhiex fl-aħħar fl-1802 daħlet fil-monasteru tal-Kanonikessi Regolari ta’ Santu Wistin ta’ Agnetenberg viċin Dülman. Il-ħajja tagħha tal-klawsura kienet iebsa ħafna u ġagħluha tifhem li hi ma kienetx ta’ l-istess kondizzjoni soċjali bħall-oħrajn u li daħħluha għaliex kienu […]

Beata Anna Katerina Emmerick – 9 ta’ Frar Kompli aqra »

Beatu Gregorju Celli – 11 ta’ Mejju

Il-ħajja tal-Beatu Gregorju hija taħlita ta’ verità storika u leġġenda. Dan għaliex ma waslux sa għandna dokumenti ta’ żmienu u l-bijografiji dwaru huma pjuttost tardivi. Hekk għandna l-kundizzjonijiet adatti sabiex fl-aġjografija (jiġifieri l-kitbiet fuq il-ħajja tal-qaddis)  insibu din it-taħlita interessanti li fiha, aktar ma jgħaddi żmien, aktar isir diffiċli tagħraf il-veru mill-istħajjil. Wieħed irid jiftakar li l-aġjografija medjevali ma għandhiex bħala għan li tgħid il-verità, skont il-kriterji tagħna tal-lum, imma

Beatu Gregorju Celli – 11 ta’ Mejju Kompli aqra »

Beata Veronika Negroni minn Binasco – 13 ta’ Jannar

Dwar Veronika nafu li twieldet f’Binasco fil-provinċja ta’ Milan fl-1445 minn familja ta’ raħħala u li kellha l-biża’ t’Alla, iżda ommha tant kienet fqira li anqas setgħet tagħtiha ftit skola. Ta’ tnejn u għoxrin sena “wara ħafna talbiet irnexxielha tilbes l-libsa ta’ Santu Wistin” bħala lajka fil-monasteru ta’ Santa Marta ta’ Milan fejn damet ħajjitha kollha tagħmel l-iżjed xogħol baxx tad-dar u tiġbor il-karità. Kienet fidila għax-xejra ta’ dawk iż-żminijiet

Beata Veronika Negroni minn Binasco – 13 ta’ Jannar Kompli aqra »

Beatu Gulliermu minn Toulouse – 18 ta’ Mejju

L-ewwel awtur li kiteb fuq il-ħajja u fuq id-devozzjoni lejn il-Beatu Guliermu kien il-pajżan tiegħu Nikola Bertran fil-ktieb De Tholosanorum gestis ippublikat fis-sena 1515, fejn ġabar tradizzjonijiet li seħħew f’Toulouse u probabbilment xi kitbiet li nstabu. Minn dan il-ktieb nafu li Guliermu twieled f’Toulouse fi Franza għall-ħabta tal-1297 ġo familja nobbli u li meta kellu dsatax-il sena daħal ma’ l-Agostinjani ta’ beltu. Ġie mibgħut Pariġi biex ikompli l-istudji u ħa

Beatu Gulliermu minn Toulouse – 18 ta’ Mejju Kompli aqra »

Beatu Wistin Novello minn Tarano – 19 ta’ Mejju

Twieled għall-ħabta tal-1240 f’Tarano (Rieti – l-Italja) u ngħata l-isem ta’ Mattew. Wara li studja l-liġi fl-Università ta’ Bolonja, ħadem fil-Kanċellerija tar-Renju ta’ Sqallija, fir-residenza uffiċjali tar-Re Manfredi. Meta miet ir-Re fit-taqtigħa ta’ Benevento (1266) u huwa biss safa ferut u marad ddeċieda li jbiddel ħajtu. Telaq minn Sqallija u nġabar fl-eremitaġġ ta’ Rosia, viċin Siena, fejn ipprofessa bħala sempliċi Fratell lajk bl-isem ta’ Wistin. Jgħidu li sar magħruf wara

Beatu Wistin Novello minn Tarano – 19 ta’ Mejju Kompli aqra »

Beatu Angelo minn Foligno – 6 ta’ Settembru

F’wieħed mit-trattati tiegħu S. Wistin, espert tan-natura tal-bniedem, jesklama: “Erġgħu lura lejn il-qalb tagħkom! Fejn tridu tmorru? Jekk titbiegħdu tintilfu. Għaliex itterrqu f’mogħdijiet tad-deżert? Idħlu lura mill-ġiri tagħkom li ħadkom ’il barra mit-triq; duru luru lejn il-Mulej. Inti li sirt barrani għalik innifsek minħabba l-ġiri tiegħek, ma tafx lilek innifsek, u qed tfittek lil dak li ħalqek? Erġa’ lura, erġa’ lura lejn qalbek” (S. Wistin, Trattat fuq l-Evanġelju ta’ S.

Beatu Angelo minn Foligno – 6 ta’ Settembru Kompli aqra »

Beatu Gulliermu minn Tirry – 12 ta’ Mejju

Twieled f’Cork (l-Irlanda) fl-1608 minn familja ta’ kummerċjanti ta’ twemmin kattoliku qawwi, li fiha kien hemm ukoll ziju li kellu l-istess isem u kien sar isqof. Huwa daħal fl-Ordni ta’ Santu Wistin u studja f’Valladolid (Spanja), f’Pariġi u fi Brussell. B’ubbidjenza lejn is-superjuri tiegħu huwa mar lura l-Irlanda fl-1641 ftit qabel ma beda l-irvell ta’ l-Ulster. Fl-1646 sar soċju tal-provinċjal Patri O’Dricoll u fl-1649 sar pirjol tal-kunvent ta’ Skreen. Wara

Beatu Gulliermu minn Tirry – 12 ta’ Mejju Kompli aqra »

Beatu Xmun Fidati minn Cascia – 16 ta’ Frar

Ġej mill-familja Fidati u twieled f’Cascia għall-ħabta tal-1290. Wara li għal ftit wera nteress għal-letteratura u mexa wara t-tagħlim tal-Franġiskan Fra Anġlu Clareno huwa ħa l-libsa ta’ Agostinjan. Ħajtu għaddieha jippriedka speċjalment fis-Toscana. Kien iċanfar il-midimbin mingħajr biża’ u d-dixxiplina soda tiegħu tferrxet ukoll fost dawk li riedu jagħmlu ħbieb miegħu u li minn xi daqqiet dawn ġew imwiddba minnu. Iżda kliemu mimli mħabba u żelu kien imfaħħar minn dawk

Beatu Xmun Fidati minn Cascia – 16 ta’ Frar Kompli aqra »

Beatu Andrea ta’ Montereale – 18 t’April

Twieled f’Mascioni (l-Aquila) minn familja twajba fl-1402 jew fl-1404 u ta’ 14-il sena daħal fil-monasteru ta’ l-Agostinjani ta’ Montereale. Fl-1431 kien student tat-teoloġija f’Rimini u fis-sena ta’ wara f’Padova u Ferrara u ħa l-gradi ta’ lettur u baċellerat. Fl-1438 ġie mibgħut fl-università ta’ Siena biex jistudja u jispjega l-kotba tas-sentenzi u wara sar għalliem tat-teoloġija. Fl-1453 sar provinċjal ta’ l-Umbria, kariga le reġa’ ħa fl-1471. Max-xogħol li kellu bħala superjur

Beatu Andrea ta’ Montereale – 18 t’April Kompli aqra »

Beatu Gundisalv minn Lagos – 14 t’Ottubru

Twieled f’Lagos (Algrave) fil-Portugal t’isfel madwar is-sena 1360 u kien tifel tas-sajjieda u hu wkoll kien sajjied, iżda kien imur ġo knisja Agostinjana f’Lisbona u mħajjar għall-ħajja reliġjuża daħal ma’ l-Agostinjani fl-1380. Fl-Ordni wera li kien studjuż iżda billi kien umli u għalkemm kien jinqala’ ma riedx jaċċetta li jagħmluh għalliem tat-teoloġija. Laħaq saċerdot u kien imfaħħar bħala predikatur u għall-għożża li kellu għall-erwieħ. Intefa’ jgħallem il-fidi lin-nies umli u

Beatu Gundisalv minn Lagos – 14 t’Ottubru Kompli aqra »

Scroll to Top