Qaddisin u Beati Agostinjani

Matul is-sekli bosta kienu dawk li għex dan l-ideal ta’ komunjoni u servizz fil-Knisja fil-milja tiegħu: reliġjużi irġiel, sorijiet ta’ ħajja kontemplattiva, sorijiet ta’ ħajja attiva, lajċi agostinjani. Ta’ uħud minn dawn, il-Knisja irrikonoxxiet il-valur tax-xhieda ta’ qdusija li huma taw, u toffrihom lill-Poplu ta’ Alla bħala eżempju u interċessuri quddiem Alla.

Beata Anna Katerina Emmerick – 9 ta’ Frar

Twieldet ġo Flamshen bei Coesfeld (Westfalia, il-Ġermanja) u ħasset il-vokazzjoni reliġjuża meta kienet għadha ċkejkna iżda missierha ma ridhiex. Qabel ma daħlet fil-monasteru kellha diġà ħafna grazzji t’Alla. Wara li ħafna komunitajiet ma riduhiex fl-aħħar fl-1802 daħlet fil-monasteru tal-Kanonikessi Regolari ta’ Santu Wistin ta’ Agnetenberg viċin Dülman. Il-ħajja tagħha tal-klawsura kienet iebsa ħafna u ġagħluha tifhem li hi ma kienetx ta’ l-istess kondizzjoni soċjali bħall-oħrajn u li daħħluha għaliex kienu […]

Beata Anna Katerina Emmerick – 9 ta’ Frar Kompli aqra »

Beata Giulia della Rena minn Certaldo – 15 ta’ Frar

Twieldet fit-Toscana ħdejn Certaldo għall-ħabta tal-1320 minn familja nobbli li ftaqret. Sfat orfni ta’ età żgħira u daħlet taħdem mal-familja Tinolfi viċin Firenze fejn iltaqgħet ma ‘ l-Agostinjani u l-qdusija tagħhom. Meta l-anqas biss kellha għoxrin sena daħlet ma’ l-Agostinjani lajċi. Imbagħad ħasset li kellha tgħix ħajja mingħajr frugħat, u fil-fjur ta’ xbubitha għażlet li titlaq mill-belt u tmur tgħix weħedha. Reġgħet lura f’Certaldo u kriet kamra ħdejn il-knisja Agostinjana

Beata Giulia della Rena minn Certaldo – 15 ta’ Frar Kompli aqra »

Beatu Santu ta’ Cori – 5 t’Ottubru

Ftit li xejn għandna informazzjoni dwar il-ħajja tal-Beatu Santu u kif jiġri ħafna drabi, l-istorja titħallat mal-leġġenda. L-għejun ta’ informazzjoni dwaru ġejjin minn eloġju funebri magħmul minn P. Ambrogio Massari da Cori (elett Pirjol Ġenerali 1476), li kien mill-istess belt tal-Beatu u li kiteb diversi kitbiet storiċi fuq l-Ordni. Aħbarijiet dwaru nsibuhom ukoll fl-Historia Corana miktuba fl-1637 minn Sante Laurienti, qarib mill-bogħod fiż-żmien tal-Beatu. Il-Beatu Santu twieled għall-ħabta tal-1339. Xi

Beatu Santu ta’ Cori – 5 t’Ottubru Kompli aqra »

Santa Monika – 27 t’Awwissu

Wistin huwa l-bijografu tagħha. Inħalluh ikellimna huwa, ukoll jekk dak li jgħidilna huwa iżjed minn bijografija għax bħala iben jagħtina innu ħelu ta’ tifħir lill-Mulej. Tfajla. Trabbiet fir-rażan u għaqal (Stqarrijiet 9, 9). “int ħlaqtha; missierha u ommha ma kienux jafux’bint kien se jkollhom fiha. Il-ħatar ta’ Kristu tiegħek tellagħha fil-biża’ tiegħek, bit-tmexxija tal-Waħdieni tiegħek , f’dar fidila li kienet membru tajjeb fil-ġisem tal-knisja tiegħek” (Stq. 9,8,). Miżżewġa. Mimlija tjubija,

Santa Monika – 27 t’Awwissu Kompli aqra »

Beatu Grazzja ta’ Kotor – 7 ta’ Novembru

Il-beatu Grazzja twieled f’Mula, raħal żgħir fil-bajja sabiħa ta’ Ċattra, illum tissejjaħ Kotor, fuq ix-xatt tad-Dalmazja li dak iż-żmien kien ċentru magħruf għall-bajja u għad-djoċesi. Fl-1423 din il-belt daħlet minn jeddha taħt il-ħakma ta’ Venezja u għalhekk baqgħet indipendenti. Billi damet għal ħafna żmien taħt is-setgħa ta’ Venezja nsibu fiha bini sabiħ Venezjan u saret port sinjur għall-kummerċ, għall-baħħara u għas-sajjieda. Grazzja kien ibaħħar u dam hekk sakemm kellu tletin

Beatu Grazzja ta’ Kotor – 7 ta’ Novembru Kompli aqra »

Beatu Stiefnu Bellesini – 3 ta’ Frar

Twieled fi Trento ġo familja sinjura u ta’ tmintax-il sena daħal Agostinjan fil-kunvent ta’ San Mark. Mar Bologna għan-novizzjat u wara Ruma, iżda reġa’ mar lura Bologna biex jistudja l-filosofija u t-teoloġija. Imġiegħel mit-truppi ta’ Napuljun biex jitlaq mill-istat tal-Papa mar lura Trento fejn ġie ordnat saċerdot fl-1797. Għex fil-kunvent ta’ San Mark sal-1809 meta dan ġie magħluq. Rega’ mar mal-familja u ntefa fuq l-għajnuna lit-tfal u fetaħ skola b’xejn

Beatu Stiefnu Bellesini – 3 ta’ Frar Kompli aqra »

San Nikola ta’ Tolentino – 10 ta’ Settembru

San Nikola li jidher dejjem bi stilla fuq sidru twieled f’Sant’Anġlu f’Pontano u għex tletin sena f’Tolentino huwa meqjus bħala l-ewwel u l-ikbar qaddis ta’ l-Ordni Agostinjan. Fl-1256, is-sena tal-“Grande Unione” Nikola kellu ħdax-il sena u wara ftit ingħaqad fil-ħajja reliġjuża. Il-qdusija tiegħu hija mibnija fuq ħajja iebsa, talb bla waqfien, penitenza li kien jagħmel minn jeddu, u f’ħajja komuni u perfetta magħquda ma’ karità u mġieba twajba ma’ kulħadd.

San Nikola ta’ Tolentino – 10 ta’ Settembru Kompli aqra »

Beatu Gregorju Celli – 11 ta’ Mejju

Il-ħajja tal-Beatu Gregorju hija taħlita ta’ verità storika u leġġenda. Dan għaliex ma waslux sa għandna dokumenti ta’ żmienu u l-bijografiji dwaru huma pjuttost tardivi. Hekk għandna l-kundizzjonijiet adatti sabiex fl-aġjografija (jiġifieri l-kitbiet fuq il-ħajja tal-qaddis)  insibu din it-taħlita interessanti li fiha, aktar ma jgħaddi żmien, aktar isir diffiċli tagħraf il-veru mill-istħajjil. Wieħed irid jiftakar li l-aġjografija medjevali ma għandhiex bħala għan li tgħid il-verità, skont il-kriterji tagħna tal-lum, imma

Beatu Gregorju Celli – 11 ta’ Mejju Kompli aqra »

Beata Veronika Negroni minn Binasco – 13 ta’ Jannar

Dwar Veronika nafu li twieldet f’Binasco fil-provinċja ta’ Milan fl-1445 minn familja ta’ raħħala u li kellha l-biża’ t’Alla, iżda ommha tant kienet fqira li anqas setgħet tagħtiha ftit skola. Ta’ tnejn u għoxrin sena “wara ħafna talbiet irnexxielha tilbes l-libsa ta’ Santu Wistin” bħala lajka fil-monasteru ta’ Santa Marta ta’ Milan fejn damet ħajjitha kollha tagħmel l-iżjed xogħol baxx tad-dar u tiġbor il-karità. Kienet fidila għax-xejra ta’ dawk iż-żminijiet

Beata Veronika Negroni minn Binasco – 13 ta’ Jannar Kompli aqra »

San Possidju – 16 ta’ Mejju

Dan kien mill-aqwa ħbieb ta’ Wistin u nafu fuqu minn din il-ħbiberija li kien hemm bejniethom. Ħa l-formazzjoni tiegħu nisranija fil-monasteru li Wistin kien waqqaf ħdejn il-knisja f’Ippona u hemm għex għal xi snin, sakemm madwar is-sena 400 ħatruh isqof ta’ Kalama, belt fin-Numidja. Flimkien ma’ Alipju, Evodju u xi ħaddieħor, hu kien wieħed mill-assistenti prinċipali l-iżjed kapaċi u afdati ta’ Wistin, tant hu hekk li nsibuh dejjem jieħu sehem

San Possidju – 16 ta’ Mejju Kompli aqra »

Scroll to Top