AMIGOS live-in
L-esperjenza tal-ewwel live-in ta’ bejn l-10 ta’ Jannar 2025 u t-12 ta’ Jannar 2025 fil-bini tal-kulleġġ Santu Wistin fil-Pieta’ serva bħala l-ewwel pedament għalina s-sitt żgħażagħ voluntiera li ser inwettqu esperjenza ta’ volontarjat ġewwa Iquitos fil-Peru’. Dan il-live-in għalkemm maqsum fuq tliet ijiem għinna sabiex nsiru nafu ftit mil-karattri ta’ kull wieħed u waħda minnha fejnuriena it-talenti u ta’ x’wieħed u waħda minnha jista’ joffri matul din l-esperjenza ta’ volontarjat. […]