Il-Pirjol Ġenerali jżur il-Kunvent ta’ Santu Wistin f’Għawdex u l-Monasteru ta’ Santa Katarina fil-Belt Valletta
Nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ Settembru l-Pirjol Ġenerali tal-Ordni tal-Ordni ta’ Santu Wistin, P. Alejandro Moral Anton għamel żjara qasira fil-Kunvent ta’ Santu Wistin ta’ Għawdex u fil-Monasteru tas-Sorijiet Agostinjani ta’ ħajja kontemplattiva fil-Belt Valletta. Matul il-jiem li għaddew, il-Pirjol Ġenerali kien f’Għawdex fuq stedina tad-Djoċesi ta’ Għawdex biex janima irtir għas-saċerdoti li sar f’Dar Manresa. Il-Ġimgħa imbagħad, fi tmiem l-irtir, P. Alejandro għamel żjara qasira fil-kunvent ta’ Santu Wistin fir-Rabat […]


