Ministeru Pastorali

P. Alexander Cauchi O.S.A. – Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta

Waqt iż-żjara li għamel fil-Knisja Parrokkjali tagħna fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Rita, l-E.T. Mons Charles Jude Scicluna ta l-pussess bħala Kappillan ġdid tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin tal-Belt Valletta lil ħuna P. Alexander Cauchi O.S.A. li f’dawn l-aħħar xhur kien qed iservi bħala Amministratur Parrokkjali. Iċ-ċirkustanzi li qed ngħixu bħalissa ma ppermettewx li ċ-ċelebrazzjoni tal-bidu tal-ħidma pastorali fil-Parroċċa ssir bir-riti esplikattivi li s-soltu jsiru f’okkażjoni bħal din. P. Alexander twieled f’San […]

P. Alexander Cauchi O.S.A. – Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta Kompli aqra »

50 sena mill-inawgurazzjoni u t-tberik tal-Knisja ta’ San Nikola minn Tolentino, f’Ħal Tarxien

Il-Provinċja Agostinjana Maltija qiegħda trodd ħajr lil Alla f’għeluq il-50 sena mill-inawgurazzjoni u t-tberik tal-Knisja deddikata lil San Nikola ta’ Tolentino, f’Ħal-Tarxien li ġrat nhar it-18 ta’ April 1970. Huwa b’dispjaċir li niċċelebraw ħamsin sena ta’ tant servizz u ċelebrazzjonijiet, f’ċirkustanzi fejn l-attività f’din il-Knisja, bħal f’tant Knejjes oħra kellha titwaqqaf minħabba l-pandemija li laqtet lid-dinja. Żgur imma li huwa mument li jpoġġi quddiemna l-memorja  ta’ tant reliġjużi u lajċi

50 sena mill-inawgurazzjoni u t-tberik tal-Knisja ta’ San Nikola minn Tolentino, f’Ħal Tarxien Kompli aqra »

Kunċert tal-Mużika – Knisja Santu Wistin, il-Belt Valletta

Nhar il-Ħamis 12 ta’ Diċembru sar Kunċert tal-Milied mis-St. Paul Metropolitan Orchestra flimkien mas-soprani Karen Gatt Darmenia, Frances Catherine Farrugia u Anita Vella Bondin, tenuri Joseph Aquilina u Mark Edward Mifsud, u fil-baxx James Vella Bondin, akkumpanjati mill-Anacrusius Concert Choir. Dan il-kunċert ‘Joy to the World’ sar fil-Knisja Santu Wistin fil-Belt Valletta sabiex bid-donazzjonijiet li jinġabru jkun jista’ jibqa’ jsir ir-restawr tal-Kappella tal-Kunvent li tagħmel parti mill-Mużew tal-Kunvent. Wara l-kunċert

Kunċert tal-Mużika – Knisja Santu Wistin, il-Belt Valletta Kompli aqra »

Laqgħa tal-Lajċi Agostinjani f’Ħal Tarxien

Qaddisin Agostinjani: Għalliema u xhieda ta’ L-ispiritwalita’ tagħna Nhar it-Tnejn, 14 ta’ Ottubru 2019, f’Ħal Tarxien saret laqgħa għal-Lajċi midħla tagħna l-Agostinjani f’Malta u Għawdex. Kienu madwar 90 persuna li attendew minn diversi komunitajiet agostinjani. Kienu preżenti wkoll il-Provinċjal, Fr. Leslie Gatt OSA, il-Pirjol tal-komunita ta’ Ħal Tarxien, Fr. Alan Scerri OSA, u  patrijiet oħrajn.  Fis-6.00 p.m. saret il-Quddiesa fil-Knisja ta’ San Nikola minn Tolentino, u wara l-lajċi nġabru fis-sala

Laqgħa tal-Lajċi Agostinjani f’Ħal Tarxien Kompli aqra »

Kunċert tal-Milied fil-Knisja San Mark fir-Rabat

Il-Kor St Paul Choral Society ipparteċipa f’kunċert tal-Milied fis-7 ta’ Diċembru fil-Knisja San Mark. Kien kunċert tassew sabiħ u li pparteċipaw diversi persuni. Kien hemm ukoll qari minn Santu Wistin. Wara kien servut mulled-wine u mince-pies fil-kjostru agostinjan. Din l-attività kienet organizzata mill-Augustinian Cloister Foundation bħala parti mill-laqgħat mal-kultura.

Kunċert tal-Milied fil-Knisja San Mark fir-Rabat Kompli aqra »

Scroll to Top