Ministeru Pastorali

P. Pawl Muscat OSA jiċċelebra 50 sena ta’ Ministeru Saċerdotali

P. Pawl Muscat O.S.A. illum iċċelebra Ewkaristija ta’ Radd il-ħajr f’għeluq il-50 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin tal-Belt Valletta. Din iċ-ċelebrazzjoni seta jagħmilha llum wara li ċ-ċirkustanzi ma ppermettewx li ssir f’Marzu li għadda kif kien pjanat. P. Pawl filfatt kien Ordnat Saċerdot fl-14 ta’ Marzu 1971. P.Pawl li huwa minn Ħad-Dingli, kien fi ċkunitu jattendi l-Kulleġġ Santu Wistin fejn ħa l-edukazzjoni sekondarja tiegħu u sadanitant, […]

P. Pawl Muscat OSA jiċċelebra 50 sena ta’ Ministeru Saċerdotali Kompli aqra »

Ir-Restawr tal-Orgni tal-Knisja ta’ San Mark fir-Rabat

Minn Jannar ta’ din is-sena, beda x-xogħol ta’ restawr fuq l-orgni tal-Knisja minħabba d-diversi ħsarat li kellu. Dan ix-xogħol għadu sejjer u nittamaw li għall-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena jkun lest minn kollox biex mill-ġdid inkunu nistgħu nerġgħu nitpaxxew bis-sbuħija tad-daqq tiegħu. The Augustinian Cloister Foundation fi ħdan il-Kunvent u l-Knisja kellha diversi pjanijiet ta’ attivitajiet biex jinġabru l-fondi għal dan il-proġett hekk important imma minħabba l-pandemija, kollox kellu

Ir-Restawr tal-Orgni tal-Knisja ta’ San Mark fir-Rabat Kompli aqra »

Ħuna P. Xavier Mifsud OSA mar jiltaqa’ mal-Mulej li tant ħabb

B’sogħba kbira nħabbru l-mewt ta’ ħuna P. Xavier Mifsud OSA li llum l-Erbgħa 28 t’April 2021 mar jiltaqa’ mal-Mulej li tant ħabb u qeda matul ħajtu. P. Xavier dawn l-aħħar ġimgħat kien rikoverat f’Villa Messina wara diversi snin fil-komunità tagħna tar-Rabat. P. Xavier twieled ir-Rabat fl-1933 u inagħqad mal-familja Agostinjana fl-1952. Wara li temm l-istudji tiegħu huwa kien ordnat Saċerdot fit-2 ta’ April 1960. L-ewwel snin tal-ministeru tiegħu għexhom fil-komunita

Ħuna P. Xavier Mifsud OSA mar jiltaqa’ mal-Mulej li tant ħabb Kompli aqra »

L-ewwel fażi fir-restawr tal-orgni Mascioni tal-1959 fil-Knisja ta’ San Mark ir-Rabat

L-ewwel aġġornament – Restawr tat-tliet imniefaħ: Tlestiet l-ewwel fażi tar-restrawr tal-orgni Mascioni (1959) fil-Knisja ta’ San Mark. It-tliet imniefaħ li jinfetħu doppju ġew restawrati kompletament, b’ġilda ġdida, tpoġġew f’posthom u tħaddmu. Qabel sar ir-restawr, l-imniefaħ kien għadhom bil-ġilda oriġinali tal-1959. Ma kinetx f’qagħda ħażina għall-aħħar u kienet isservi ftit snin oħra bi ftit traqqigħ. Imma, min-natura tar-restawr li jrid iwassal għal żmien twil ta’ servizz tajjeb, li traqqa’ biss mhux

L-ewwel fażi fir-restawr tal-orgni Mascioni tal-1959 fil-Knisja ta’ San Mark ir-Rabat Kompli aqra »

Il-Komunità Agostinjana tar-Rabat turi l-apprezzament għas-solidarjetà u l-viċinanza ta’ tant persuni

Il-virus li f’dawn l-aħħar xhur ħoloq tant tensjoni u restrizzjonijiet fl-imġieba tagħna, dawn il-jiem laqat anke membru tal-Komunità tagħna l-patrijiet Agostinjni tar-Rabat. Konsegwenza ta’ hekk il-Knisja Konventwali ta’ San Mark tinsab magħluqa u l-patrijiet tal-komunita jinsabu fi kwarantina. Għalkemm żgur li  mhix esperjenza sabiħa, dawn il-jiem kienu anke mument fejn wieħed japprezza l-viċinanza ta’ tant persuni qrib tal-Komunita. Hekk kitbilna l-Pirjol tal-istess Komunita, P. Rafel Abdilla: “Nhar il-Ġimgħa filgħaxija, hekk

Il-Komunità Agostinjana tar-Rabat turi l-apprezzament għas-solidarjetà u l-viċinanza ta’ tant persuni Kompli aqra »

Il-faċċata tal-Kunvent ta’ Santu Wistin f’Għawdex toffri sfond għal spettaklu mill-isbaħ

F’dawn il-jiem tal-Milied il-Pjazza ta’ Santu Wistin fir-Rabat Għawdex, u l-faċċata tal-Kunvent Agostinjan fl-istess pjazza offrew spazju mill-isbaħ biex jittella l-kunċert virtwali tal-Milied mill-Schola Cantorum Jubilate li din is-sena qed jiċċelebra l-20 sena tiegħu. Ir-rabtiet ta’ dan il-kor professjonali mal-Kunvent ta’ Santu Wistin f’Għawdex imorru lura għal diversi snin u kienu sinonimi mal-organizzazzjoni tal-attività annwali Carols by Candlelight. Fiċ-ċirkustanzi partikolari ta’ din is-sena u bl-impenn li jiċċelebraw l-20 sena mit-twaqqif

Il-faċċata tal-Kunvent ta’ Santu Wistin f’Għawdex toffri sfond għal spettaklu mill-isbaħ Kompli aqra »

L-20 Anniversarju mill-ftuħ tal-Millennium Chapel

Nhar it-Tlieta 8 ta’ Diċembru, iċċelebrajna l-20 Anniversarju mill-ftuħ tal-Millennium Chapel. Sfortunatament minħabba l-Pandemija ma stajniex niċċelebrawh kif mixtieq iżda bl-għajnuna t’Alla rnexxielna norganizzaw Quddiesa li ġiet imxandra live wkoll fuq il-paġna tal-Facebook tal-Millennium Chapel, biex b’hekk setgħu isegwuha dawk li xtaqu jingħaqdu magħna u ma setgħux. F’din il-quddiesa ftakarna wkoll f’dawk li mietu f’ċirkustanzi traġiċi, matul din is-sena u fis-snin l-imgħoddija. Waqt il-quddiesa sar ringrazzjament lil Alla għall-tant ġid

L-20 Anniversarju mill-ftuħ tal-Millennium Chapel Kompli aqra »

Statwa ġdida fil-Knisja ta’ San Martin fil-Baħrija

Nhar il-Ħadd, 1 ta’ Novembru fil-Knisja ta’ San Martin fil-Baħrija ġiet inawgurata statwa ġdida ta’ Sidtna Marija Omma Alla. L-istatwa, kienet imbierka mir-Rettur Fr Raymond Francalanza O.S.A fil-quddiesa tad-9am.  Ix-xogħol huwa tal-artist żagħżugħ Chris Ebejer u filfatt hija l-mudell tal-istatwa artistika li tinsab fid-daħla tal-Isptar Mater Dei. L-Agostinjani, partikolarment il-Komunita tar-Rabat, ilhom iservu fil-Knisja ta’ San Martin fil-Baħrija għal kważi sitt snin.

Statwa ġdida fil-Knisja ta’ San Martin fil-Baħrija Kompli aqra »

Dawl ġdid għall-koppla tal-Knisja Parrokjali ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta

Nhar is-Sibt 24 t’Ottubru 2020 kien inawgurat dawl ġdid għall-koppla tal-knisja parrokkjali ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta. B’kollaborazzjoni mal-proġett tar-riġenerazzjoni tal-port ta’ Marsamxett u l-GHRC, dakinhar kien inawgurat dawl ġdid anke għall-koppla tal-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu u tal-Knisja tal-Madonna tal-Pillar. Dan huwa parti minn proġett akbar ta’ restawr u riġenerazzjoni tal-kunvent tagħna tal-Belt li issa ilu għaddej għal diversi snin. Ftit ġimgħat ilu filfatt inkixfet il-faċċata tal-Knisja u l-ġimgħa l-oħra inkixfet

Dawl ġdid għall-koppla tal-Knisja Parrokjali ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta Kompli aqra »

Awguri lill-Isqof il-ġdid għad-djoċesi ta’ Għawdex

Il-Provinċja Agostinjana Maltija tinagħqad mal-ferħ tal-Knisja f’Għawdex u tilqa’ lill-E. T. Mons Anton Theuma li għadu kif ġie nnominat Isqof għad-Djoċesi Għawdxija. Mons Anton Theuma li għandu 56 sena huwa mix-Xagħra u f’dawn l-aħħar snin serva lill-Knisja bħala Delegat tal-Isqof għall-Familja. Filfatt sa llum huwa d-Direttur tal-Istitut tal-Familja Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni, u responsabbli mill-kura pastorali taż-żona madwar l-Istitut, fil-Belt Victoria.  F’dan l-uffiċċju huwa ħadem ħafna fil-pastotrali tal-familja partikolarment il-korsijiet

Awguri lill-Isqof il-ġdid għad-djoċesi ta’ Għawdex Kompli aqra »

Scroll to Top